Thursday, February 6, 2025

Faċli għal Mosta kontra Qrendi

Aqra wkoll

Mosta……………….4

Qrendi………………0

Mosta ftit li xejn tħabtu biex kisbu post fil-kwarti tal-finali tal-Meridianbet FA Trophy meta għelbu lil Qrendi bl-iskor kbir ta’ 4-0.

Mosta ħadu biss minuta sabiex fetħu l-iskor meta kien JUNIOR CHUKWUEMEKA EKE li minn pożizzjoni ċentrali tefa’ ġewwa.

Fl-24 minuta, wara li rċieva minn cross mil-lemin, rovexxjata ta’ Leonardo Andrade għal Qrendi għaddiet ftit barra.

Mosta wieġbu filt-28 minuta minuta permezz ta’ freekick ta’ Nathan Agius li iżda sab lill-goalkeeper ta’ Qrendi, Miguel Abela attent.

Fil-31 minuta, Mosta rduppjaw l-iskor meta kien JAMIE SCERRI li permezz ta’ xutt fil-baxx tefa’ ġewwa, biex b’hekk skorja l-ewwel goal tiegħu bil-flokk tal-Blues.

Fl-40 minuta, Mosta għamluhom tlieta meta Jamie Scerri għadda tajjeb lejn SALOMO OJALA li tefa’ l-ballun f’lasta vojta.

Mosta ssiġillaw ir-rebħa permezz tar-raba’ gowl fit-80 minuta permezz ta’ SOULEYMANE KONE. L-istess Kone kien sfortunat li laqat il-lasta darbtejn f’temp ta’ minuta bejn il-85 u s-86 minuta.

Mosta: 1-Jorgen Anse (99-Jayden Farrugia 78), 2-Aiden Agius, 3-Matthew Garcia Bolanos, 5-Sasha Cachia (14-Mark Cutajar 46), 7-Jamie Scerri (18-Kaiden Fenech 46), 8-Junior Eke Chukwuemeka, 9-Souleymane Kone, 20-Sakari Ojala (15-Aidan Portelli 46), 21-Nathan Agius (16-Gianluca Sciberras 46), 33-Bradley Farrugia, 96-Konstantinos Lampsias Coach: Joseph Grech

Qrendi: 66-Miguel Abela, 2-Braydon Farrugia (19-Manuel Farrugia 60), 3-Neil Spiteri, 9-Leonardo Fernandes, 10-Ayesller Carvalho, 17-Kurt Theuma (11-Brandon Bray 10), 20-Isaac Galea, 21-Ryan Spiteri (5-Jurgen Mallia 60), 23-Adrian Bonavia (4-Kewell Saliba 60), 30-Christian Joseph Degabriele, 88-Sterling Moran Mina Coach: Gotthard Conti

Referee: Fyodor Zammit

Ass. Referees: Thomas Debono, Shaun Calleja

Raba’ Uffiċjal: Jo-Anna Vassallo

Skorers: J. C. Eke 1, J. Scerri 31, S. S. Ojala 40, S. Kone 80 (M)

Ammoniti: Ħadd

Artiklu preċedenti

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport