Juventus qed jistinkaw biex jispiċċaw l-istaġun b’suċċess u terġa’ tikseb il-kwalifikazzjoni għall-UEFA Champions League wara staġun ta’ diżappunti. Filwaqt li llejla huma jilagħbu kontra Venezia, id-direttur sportiv Cristiano Giuntoli, qed jħares ’il quddiem b’plejers żgħażagħ u xi żidiet futuri.
Daniele Rugani se jirritorna mis-self minn ma’ Ajax, u Nicolò Fagioli għadu qed jara x’se tkun is-sitwazzjoni ta’ Fiorentina. L-aġent ta’ Rugani qal li hemm ċans li jilgħab fit-tazza tad-dinja tal-klabbs, iżda d-deċiżjonijiet huma f’idejn il-kowċ u l-klabb.