Thursday, October 9, 2025

Farsons tiċċelebra l-eċċellenza fis-serata tal-unuri  STRIDE 2025

Aqra wkoll

Il-familja Farsons dan l-aħħar ingħaqdet f’The Brewhouse biex tiċċelebra l-aqwa kontribut tal-impjegati tagħha bl-unuri tat-2025 STRIDE. Dan l-avveniment jippremja l-valuri, it-talent, u l-ispirtu li jiddefinixxu lil #TeamFarsons u li jsuqu s-suċċessi tal-kumpanija.

Dis-sena kien hemm rekord ta’ 154 nomina mill-Grupp kollu. 65 għaddew għall-evalwazzjoni u, minn dawn, 23 impjegat ġew rikonoxxuti għax ħaddnu l-valuri STRIDE – Suċċess, Teamwork, Rispett, Integrità, Dinamiżmu u Eċċellenza. Dawk li kisbu premju jirrappreżentaw l-ispettru wiesa’ tal-organizzazzjoni, għax ġejjin mit-taqsimiet tal-Operat, il-Loġistika, il-Finanzi, ir-Riżorsi Umani, Food Chain, Quintano, FBIC, u l-Birrerija.

Minbarra l-premjijiet tal-valuri STRIDE, ir-rikonoxximenti ‘Peer-to-Peer’ ta’ din is-sena ġew ippreżentati f’żewġ kategoriji: Quiet Leadership Award u Positive Influencer Award. Dawn jagħrfu lil dawk l-impjegati li bil-kontribut tagħhom isaħħu l-ispirtu tat-tim u jispiraw lill-kollegi.

Iċ-ċerimonja wriet il-ħidma f’tim, l-innovazzjoni, u d-dedikazzjoni fin-negozju ta’ Farsons. L-impjegati ġew onorati għall-isforzi li bihom jgħinu l-kumpanija tikseb riżultati konkreti, ittejjeb l-effiċjenza, u żżid it-tkabbir – xhieda li l-impenn favur l-eċċellenza qiegħed f’kull taqsima ta’ Farsons.

Il-premjijiet ġew ippreżentati mis-Sur Norman Aquilina – Kap Eżekuttiv tal-Grupp Farsons, mid-Deputat Kap Eżekuttiv tan-Negozju tax-Xorb – is-Sur Michael Farrugia, u mill-Kap tar-Riżorsi Umani – is-Sur Tonio Mifsud Bonnici. Ħajr speċjali lill-evalwaturi esterni – Dr Elaine Dutton, is-Sur Mark Galea u s-Sur Noel Debono.

L-Unuri ta’ Rikonoxximent STRIDE jservu bħala twissija li s-Suċċess, it-Teamwork, ir-Rispett, l-Integrità, id-Dinamiżmu u l-Eċċellenza huma iktar minn sempliċi kliem – huma l-qofol ta’ #TeamFarsons. 

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport