Tuesday, September 24, 2024

Fatih Terim ifaħħar lil Arda Guler

Aqra wkoll

Il-kowċ veteran Fatih Terim kien qed jitkellem lejliet il-konfront tal-lum li t-Turkija se jilagħbu kontra l-Portugall minn grupp F tal-kampjonat Ewropew.

L-eks kowċ ta’ Galatasaray, Fiorentina u Milan fost l-oħrajn, illum il-ġurnata għandu 70 sena u tkellem b’mod partikolari filwaqt li faħħar il-wirjiet tal-plejer żagħżugħ Arda Guler. Terim qal li l-plejer ta’ Real Madrid se jkun il-futur tal-futbol Tork u bassar li ftit tas-snin oħra jkun ukoll kandidat għall-ballun tad-deheb.

S’issa Guler lagħab tmien logħbiet mat-tim nazzjonali Tork u skorja żewġ gowls.

Sport