Konsegwenza ta’ attakk mill-Iżraeljan, inqatlu mill-inqas 33 persuna inkluż 21 mara f’kamp tar-refuġjati fit-Tramuntana ta’ Gaża. Din l-informazzjoni ġiet kkonfermata mill-awtoritajiet mmexxija mill-Ħamas.
Intqal li aktar minn 85 persuna sfaw feruti, b’uħud saħansitra spiċċaw fil-periklu tal-mewt. Filmat li qed jiċċirkola fuq il-midja soċjali, juri l-katavri mgeżwra f’lożor bojod fil-btieħi tal-Isptar al-Awda.
Il-Forzi tad-Difiża Iżraeljana (IDF) qalet li t-truppi tagħha kienu qed joperaw ħdejn l-Isptar u li ma kien hemm l-ebda nar intenzjonat dirett lejh. Sorsi lokali jindikaw li t-Tramuntana ta’ Gaża tinsab iżolata, b’servizzi ta’ telekomunikazzjoni u internet f’diversi reġjuni.