Monday, May 6, 2024

Fatturi li jwasslu għal nuqqas ta’ Saħħa Mentali

Aqra wkoll

Is-saħħa mentali mhi xejn għajr il-mod kif in-nies jaħsbu, iħossuhom u jaġixxu. Faċli tgħidha imma mhux daqstant faċli meta tiġi biex tindirizzaha. Huwa għalhekk li speċjalisti tas-saħħa mentali biss jistgħu jassistu persuni b’dipressjoni, anzjetà kundizzjoni ta’ ‘bi polar’, vizzji u kundizzjonijiet oħra li jaffettwaw il-ħsieb, l-emezjonijiet u l-attitudnijiet.

Is-saħħa metali tista taffettwa l-ħajja ta’ kuljum, kultant fi skali differenti. Taffettwa wkoll relazzjonijiet kif ukoll is-saħħa fiżika tal-persuna.

L-istess fatturi jistgħu huma stess iwasslu jew ikunu kaġun li jikkontribwixxu ghal mard psikologiku. Biex nagħtu eżempju, bħal ma’ dipressjoni tista’ twassal għal solitudni, għall-esklużjoni soċjali etc, dawn l-istess fatturi jistgħu ikunu huma stess il-bidu ta’ sitwazzjoni dipressanti.

Ħafna għadhom mhux jifhmu li meta persuna tkun qed tagħti prijorità lis-saħħa mentali tagħha, dan ikun qed jippriserva l-ħajja li ngħixu. Biex dan isir huwa kruċjali li nagħrfu noħolqu bilanċ fil-ħajja taghna. Bilanċ fl-attivitajiet li nieħdu sehem fihom, ix-xogħol il-familja, li nagħmlu dak li jtina pjaċir u sodisfazzjon, responsabbiltajiet u fuq kollox resiljenza li nkunu kapaċi nilqgħu meta l-affarijiet majkunux dejjem ġejjin kif nixtiquhom.

Dan għaliex, l-istess, id-dipressjoni, u kl-ansjenta’ kollha jistgħu iwasslu ghal kundizzjoni ta’ mard mentali u jekk ma nindunawx jew ma nfittxux kura, iwasslu biexiharbtu l-ħajja lipersuna tkun drat tgħix biha, ir-rutina ta’ kuljum.

Kif għidna qabel, minkejja li ħafna professjonisti jużaw it-terminu ta’ saħħa mentali, tobba oħra jirikonoxxu li bosta kundizzjonijiet psikologiċi għandhom jew jista’ jkollhom l-għeruq tagħhom f’kundizzjoni aktar fiżika.

Għaldaqstnat tajjeb naraw u nagħmlu differenza bejn is-saħħa mentali u l-mard mentali. Importanti ħafna li nkunu attenti għal sinjali bikrija li jwasslu għal numru ta’ diżordni kemm mentali kif ukoll fiżiku.

X’inhi s-saħħa mentali?

Anki skont l-Għaqda dinjija tas-saħħa (who),  is-saħħa mentali hija l-istat tal-benessere mentali li permezz tiegħu persuna tkun tista’ tkampa bl-istress li toffri l-ħajja. Tfisser ukoll li l-persuna tkun tista’ tiżviluppa l-abbiltajiet tagħha bit tahdem, titgħallem, tikkontribwixxi u tkun parti minn komunita’.

Il-WHO tgħid ukoll li s-saħħa mentali hija aktar minn nuqqas ta’ diżordni mentali jew diżabbiltajiet oħra. Li jkollok saħħa mentali tajba tfisser ukoll li persuna jkollha saħħa fiżika, l-għarfien tal-kapaċitajiet tagħha u fuq kollox il-kuntentizza.

Dan ifisser li huwa kruċjali li nippriservaw u nsaħħu s-saħħa mentali, kemm għall-individwu kif ukoll għall-komunitajiet u s-soċjetajiet tagħna fuq kull livell.

Għaliex għandan nneħħu l-istigma?

Dan kollu li semmejna, huma raguni valida biżżejjed għaliex għandna nneħħu l-istiga u nifhmu li min ifittex l-għajuna m’gġandux minn xiex jistħi jew tistħi. Dan għaliex żafna huma dawk li għandhom kundizzjoni jew oħra, li bi gwida professjonali jistgħu jerggħu lura biex igawdu ħajjithom.

Biex nagħti eżempju, ġewwa l-Istati Uniti (IU), l-Alleanza Nazzjonali fuq is-Saħħa Mentali, tistma’ li wieħed minn kull ħames persuni jesperjenzaw problemi ta’ saħħa mentali fis-sena.

Fis-sena 2020, kien stamt li 14.2 miljun persuna adulti fl-IU, jew 5.6% tal-popolazzjoni, kellhom kundizzjonijiet psikoloġiċi. Dan skont l-Istitut Nazzjonali tas-Saħħa Mentali. 

Fl-istess sena, wieħed minn kull ħamsa u għoxrin persuna (9.8 miljun jew 4%) jesperjenzaw kundizzjonijiet serji ħafna li jimpattaw b’mod qawwi fuq il-kwalità tal-ħajja tagħhom. Apparti dan, wieħed minn kull hames żgħażagħ, fl-età ta’ bejn it-13 u 18-il sena, jesperjenzaw esperjenzi severi ta’ diżordni f’ħajjithom. Tfal ta’ bejn it-tmien u hmistax-il sena, 13% minnhom isofru bl-istess kundizzjoni.

Fejn jidħlu l-adulti, il-fuguri jitkellmu weħidhom ukoll. 1.1% tal-popolazzjoni fl-IU jesperjenzaw skiżofrenija, 2.6% ibatu bil-kundizzjoni ‘bi polar’ filwaqt li 7% (16-il miljun) tal-popolazzjoni fl-IU, tal-inqas kellhom esperjenza waħda ta’ dipressjoni fl-istess sena. Dan barra li 18% ohra, esperjenzaw ansjetà stress ikkawzat minn esperjenzi ohra, bhħl tqala, mewt fil-familja etc. Biex ma nsemmux dawk li żviluppaw diżordnijiet u kundizzjonijiet minn użu ta’ sustanzi u alkoħol. 

Dan juri kemm din hija xi ħaġa komuni li ħadd m’għandu jiddejjaq, jistħi jew iħossu iżolat għax ifittex l-għajnuna. Dan għaliex it-tendenza hi li minkejja li persuna tkun taf fil-fond ta’ qalbha x’kura għandha jew għandu bżonn, minħabba l-istigma, tibqa’ tfittex kura għal kundizzjonijiet oħra li ma jkollhiex. Tant, li wara ċertu żmien l-istess persuna tibda temmen li għandha. Dan ikompli jiggrava s-sitwazzjoni għax il-kura proprja li persuna jkollha bżonn, tibqa’ qatt ma teħodha. 

Dan mhux biss b’dannu għaliha u persunta imma wkoll b’dannu (kultant ikbar), għal dawk li jkunu qed jgħixu magħha jew miegħu.

X’inhuma l-fatturi u riskji?

Kif rajna, kuħadd huwa suxxettibli li xi darba jew oħra jgħaddi minn esperjenzi simili. Ovjament, il-background tal-persuna u xi sitwazzjonijiet li jgħix fihom, jistgħu ipoġġu persuna aktar f’riskju minn oħrajn. Imma anki persuni bl-aktar ambjnet u background familjari mill-aħjar possibli, xorta waħda huma u jistgħu ikunu vulnerabbli. 

Cirkostanzi soċjali jew finanzajrji ukoll jistgħu iwassalu għal riskju ikbar. Imma għalehkk fil-bidu jissemma’ l-importanza tal-bilanċ f’dak li nagħmlu u npoġġu bħala prijorita’ f’ħajjitna għaliex kull ħaġa li mmissu magħha, jekk ma nkunux attenti, tista’ twassal għal esperjenzi xejn mixtieqa. Ghaldaqstant huwa importanti li nifhmu l-importanza li dak kollu li nagħmluh b’ moħħ miftuħ u ma nqisuhx bħala l-unika ħaġa li għandna għaddejja f’ħajjitna u dan għal diversi raġunijiet ovvji. 

Fattur ewlieni li jista’ jwassal gżal certu nuqqas ta’ stabbilta’ fis-saħħa mentali tagħna huma l-flus jew ahjar il-limitazzjonijiet li wħud jista’ jkollhom, kif ukoll il-pressjoni soċjo-ekonomika, li bla trid tibda tqabbel dak li qed jagħmel haddieħor ma’ dak li tista’ tagħmel int. 

L-ambjent urban li persuna tgħix fih ukoll jista’ jwassal għal dawn iċ-ċirkostanzi u dan għandu jitpoġġa bħala prijorta’ anki fil-policies li jsiru fuq bażi nazzjonali, billi qabel jittieħdu ċertu deċiżjonijiet ambjentali, wieħed jikkonsidra l-impatt li dawn jista’ jkollhom fuq is-saħħa mentali ta’ dawk li joqodu fil-viċinanzi immedjati ta’ dak il-proġett jew żvilupp. Dan mhux biss għas-saħħa u l-benessere tar-residenti imma wkoll għaliex is-saħħa mentali, jew nuqqas tagħha, għandhom impatt negattiv ukoll fuq il-finanzi tal-Gvern. Dan huwa aspett ieħor li wieħed għandu jiffoka fuqu għaliex jimmerita diskussjoni għalih waħdu. 

Fatturi oħra huma; x-xogħol, esklużjoni soċjali, l-involivment fil-komunità jew in-nuqqas tiegħu, il-levell ta’ edukazzjoni, l-akkomodazzjoni fejn wieħed jgħix, l-orjentazzjoni sesswali tal-persuna, abbuż li wieħed seta’ għadda minnu fi ċkunitu jew anki fil-ħajja adulta, mewt fil-familja, seeparazzjonijiet matrimonjali, mard kroniku u oħrajn. 

Meta dawn l-episodji jseħħu f’età ta’ tfal jew adoloxxenti, l-istess tfal jibqgħu vulnerabbli b’ċans li anki meta jikbru jibqgħu ibgħatu minn dik l-esperjenza. 

Kuraġġ

Għaldaqstant, anki l-aktar persuni li ma’ sħabhom jew mall-kumplament tal-familja jkunu jidhru ‘normali’, jista’ jkun li fi ħsiebhom u b’ mod emozzjonali, jkunu għaddejjin minn taqlib sħiħ psikologiku. Sitwazzjoni li jekk ma nagħrfux nifmuha, dawn jibqgħu iħossuhom weħidhom. 

Dawn il-persuni jistgħu ikunu fl-akbar folla imma xorta jħossuhom wehidhom. U dan importanti li nifmuh.

Kulħadd jinsab fl-istess riskju li jkollu bżonn l-għajnuna, min għal ħaġa u min għal oħra. Ikun żball jekk wieħed jaħseb li waħdu jista’ jagħmilha. Hemm l-għajnuna. Fittixha. Għamel il-pass għalik l-ewwel u qabel kollox imma wkoll għal dwk tant għeżież għalik, biex flimkien tkomplu tgawdu l-ħajja tant sabiħa. Kuraġġ!

Mario Fava

Sport