Monday, November 11, 2024

F’Berlin jisplodi l-akbar akkwarju fid-dinja b’1,500 ħuta fih

Aqra wkoll

L-akbar akkwarju fid-dinja li kien jinsab fil-lukanda Radisson Blu fil-kapitali Ġermaniża Berlin, sploda u aktar minn 1,500 ħuta spiċċa barra. F’dan l-aċċident li seta’ kellu konsegwenzi ferm aktar agħar, mill-inqas żewġ persuni spiċċaw l-isptar.

L-isplużżjoni ħalliet ħerba sħiħa fil-lukanda u anke fit-toroq tal-madwar hekk kif miljuni ta’ litri ta’ ilma spiċċaw fit-toroq u fil-lukanda fi ftit sekondi.

L-akkwarju kien meqjus bħala l-akbar wieħed fid-dinja fej kien għoli 52 pied.
Kelliem għall-Protezzjoni Ċivili qal li r-residenti kollha tal-lukanda ġew evekwati sakemm jitneħħa kull periklu.

Ikkonferma wkoll li l-maġġoranza tal-ħut li kien hemm fih mietu kollha. Hu sostna li l-ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili għamlu dak kollu li setgħu biex isalvaw kemm jista’ jkun ħun perio kienet operazzjoni diffiċli ħafna anke minħabba l-kesħa li kien hemm. L-akkwarju kien fih 100 speċi ta’ ħut differenti.

Residenti li kienu qegħdin fil-lukanda fil-ħin tal-isplużżjoni qal mal-midja internazzjonali li semgħu splużżjoni kbira u kienet qisha seħħet theżżiża. Għall-ewwel ħadd ma nduna x’ġara però imbgħad bdew jisimgħu lill-pulizija u membri tas-salvataġġ.

Is-Sindku ta’ Berlin Franziska Giffey ftit tal-ħin wara l-aċċident marret fil-lukanda u ddeskriviet dak li rat bħala tsunami.

Hi qal li kienet xorti tajba li l-akkwarju sploda f’dak il-ħin għax li kieku l-każ seħħ imqar siegħa wara traġedja kbira kienet tiġri minħabba li l-lukanda kienet tkun ippakjata bin-nies u t-triq kienet ukoll tkun mimlija bin-nies l-aktar f’dawn il-ġranet ta’ festi kulħadd jixtri r-rigali.

L-akkwarju ġie miftħu f’Diċembru tal-203 u kien inkiteb fil-Guinness World Record. Biex sar ġie jiswa madwar €12.8m.

Sport