Bdiet avventura ġdida (#newadventure) Għat tim ta’ FC ĦAMRUN AMATEURS.
Il-Ħamruniżi ser jkunu qed jikkompetu fit-tielet diviżjoni tal-Malta Amateur Football Association (MAFA).
Dan is-sit tkellem ma’ Jurgen Buhagiar – il-President ta’ dan it-tim – li qalilna li minbarra li qed jressqu proġett ambizzjuż fejn qed ifittxu li jkunu aktar min sempliċi tim ta’ Amateurs imma komunità sportiva fejn qed jressqu erba’ pilastri li huma: Football, Inklużjoni, Impatt Soċjali u eSports. Huwa rringrazzja lil dawk kollha li qegħdin joffru s-sapport tagħhom, fosthom il-membri oħrajn tal-kumitat u l-isponsors li mingħajrhom diffiċli jintlaħaq dan il-kunċett.
Għal aktar informazzjoni wieħed jista jżur mezzi soċjali tagħhom fuq facebook.com/HamrunAmateurs jew www.fchamrunamateurs.mt