Sunday, December 29, 2024

Fdalijiet maħsuba ta’ umani misjuba fost dak li fadal mis-sottomarin Titan

Aqra wkoll

Il-gwarda kostali tal-Istati Uniti qalet li l-esperti rkupraw dawk maħsuba li huma fdalijiet umani milli fadal mis-sottomarin Titan.

Partijiet mis-sottomarin, li imploda wara li niżel ħdejn il-bastiment Titanic, ittellgħu fuq l-art f’St John’s, il-Kanada, matul il-jum tal-Erbgħa. 

Fl-istqarrija li nħarġet mill-gwardja kostali tal-Istati Uniti ntqal li l-professjonisti mediċi tal-Istati Uniti se jkunu qegħdin jagħmlu analiżi formali tal-fdalijiet misjuba.

Iċ-Ċermen tal-Marine Board of Investigation (MBI) tal-Gwardja tal-Kosta, il-Kaptan Jason Neubauer, qal fi stqarrija li kien għad fadal “ammont sostanzjali ta’ xogħol xi jsir biex wieħed jifhem il-fatturi li wasslu għal dak li ġara u jgħin biex jiġi żgurat li traġedja simili ma terġax isseħħ.” 

“Ninsab grat għall-appoġġ internazzjonali li kien hemm u l-kordinazzjoni bejn l-aġenziji biex stajna nirkupraw u nippreservaw din l-evidenza vitali,” qal il-Kaptan Neubauer.

Il-ħames persuni abbord is-sottomarin ġew iddikjarati mejta l-ġimgħa li għaddiet. Il-passiġġieri kienu l-kap ta’ OceanGate Stockton Rush ta’ 61 sena; l-esploratur Ingliż Hamish Harding ta’ 58 sena; Shahzada Dawood ta’ 48 sena u ibnu Suleman Dawood ta’ 19-il sena; u l-għaddas Franċiż Paul-Henry Nargeolet ta’ 77 sena.

Ekonomija

Sport