Thursday, December 26, 2024

Fearne bi stqarrija fil-Parlament dwar il-Covid19 il-ġimgħa d-dieħla

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne informa lill-Parlament li l-ġimgħa d-dieħla se jindirizza lill-Parlament dwar is-sitwazzjoni tal-Covid19 f’pajjiżna.

Kien il-Viċi-Kap tal-PN David Agius li staqsih jekk fl-isfond tal-fatt li l-pandemija ħalliet il-45 vittma tagħha u matul il-jum kien hawn 111-il każ ġdid.

Waqt li esprima l-kondoljanzi tiegħu għall-aħħar mewt, u għall-imwiet l-oħra, Fearne qal li fis-seduta ta’ wara l-Baġit 2021 kien se jagħti stqarrija u jkun hemm diskussjoni dwarha.

Dan ifisser li l-istqarrija tal-Ministru Fearne mistennija tingħata nhar it-Tlieta li ġej, l-għada li se jiġi ippreżentat il-baġit għas-sena d-dieħla.

Ekonomija

Sport