Wednesday, April 24, 2024

Fearne jfakkar li sa mill-2016 kien talab l-iskrutinju dwar Steward

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Id-Deputat Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa Chris Fearne rribatta d-diskors tal-Kap tal-Oppożizzjoni u filwaqt li rrefera għal artiklu fil-midja lokali li kien ippubblikat fl-2016 huwa fakkar li kien hu stess li talab skrutinju dwar il-konċessjoni tal-isptarijiet. Huwa qal li kemm ilu Ministru kien hemm żewġ affarijiet kbar li nkwetawh. Tkellem dwar il-pandemija li ħriġna minnha bl-unuri u din il-konċessjoni. 

Fearne żied jgħid li b’rabta ma’ din tal-aħħar kien hemm żewġ żviluppi importanti fejn fil-5 t’April it-tmexxija tal-Isptarijiet reġgħu ġew f’idejn il-gvern u li l-forum fejn persuna tfittex l-interessi tagħha f’din il-konċessjoni, inkluż għad-danni u l-kumpens huwa l-arbitraġġ internazzjonali. Sostna li dan beda u qiegħed isir tant li l-gvern diġà rebaħ l-ewwel rawnd fl-arbitraġġ t’urġenza. 

Sport