Wednesday, October 9, 2024

“Kont u għadni nemmen li Daphne nqatlet biex jagħlqu ħalq ġurnalista” – Id-DPM Chris Fearne

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne llum imissu jixhed fl-inkjesta pubblika b’rabta mal-qtil tal-blogger Daphne Caruana Galizia.

F’ritratt miġbud mill-fotografu tagħna, il-Ministru jidher jagħti l-eżempju kull fejn ikun saħansitra quddiem il-qorti. Fir-ritratt miġbud dalgħodu l-Ministru għas-Saħħa jidher jagħmel sinjal lil dawk li kienu qed jistennew biex jidħlu fil-qorti biex iżommu d-distanza soċjali.

9:35 a.m: Tiġi ppreżentata nota tal-Prim Ministru fuq l-estensjoni tat-termini tal-inkjesta pubblika, filwaqt li l-avukati tal-Familja Caruana Galizia jisħqu li l-bord mgħandhomx bżonn il-permess min-naħa tal-Prim Ministru biex tingħata xi estensjoni għal xi terminu biex jeżerċita l-inkarigu li ngħata lilu.

9:45 a.m: Issa jmiss jixhed lid-Deputat Prim Ministru Chris Fearne jitla jixhed

10:15: Il-Ministru Chris Fearne jispjega l-involviment tiegħu fil-politika u proġetti ta’ mediċina

Mistoqsi fuq il-ħajja politika tiegħu, Fearne saħaq li kien involut fl-għaqdiet studenteski, anke fil-fergħat taż-żgħażagħ tal-partit. Wara l-elezzjoni tal-2008, iddeċieda li jerġa jikkontesta bħala kandidat għall-PL.

Spjega li oriġinarjament kien backbancher, ma kellux kariga eżekuttiva. F’April 2014 kien Segretarju Parlamentari tas-Saħħa u sentejn wara nħatar bħala Ministru tas-Saħħa.

Mistoqsi fuq il-proġett tal-isptarijiet min-naħa tal-Gvern, Fearne spjega li għall-elezzjoni tal-2013 kien kandidat u ma kienx involut fl-organizzazzjoni tal-partit, iġifieri l-manifest.

Il-proġett ta’ Barts kien inbeda taħt l-eks Ministru Godfrey Farrugia, u meta Fearne nħatar Segretarju parlamentari kien qiegħed jitkellem ma’ barts, pero l-proġett kienet qiegħda tieħu ħsiebu l-Malta Enterprise.

Mistoqsi fuq il-konċessjoni tal-Vitals, Fearne saħq li huwa kien jaf li ser ikun hemm żvilupp fuq l-isptarijiet qabel, pero qabel l-aġudikazzjoni finali ma kienx involut fil-konċessjoni.

Kompla jispjega li wara li kien hemm l-aġudikazzjoni, Vitals kienu favoriti li jidħlu għall-proġett. Il-konċessjoni ma kinitx iffirmata imedjatament wara l-aġudikazzjoni: “Jiena kont intlabt nagħti xi numru ta’ Key Performaance Indicators, biex jidħlu fil-parti tal-consessions, pero fl-aġudikazzjoni ma kellix involviment.”

“Meta kont backbencher, bejn Frar u Marzu, kien talabni ic-Chief of Staff Keith Schembri, u qalli li ser ikun hemm tibdil fil-Ministri. Saqsieni jekk kontx interessat f’mudell li kien intuża f’Ministri taħt Louis Deguara, fejn Segretarju parlamentari jieħu ħsieb s-servizzi tas-saħħa, u l-Ministru jieħu ħsieb l-aspett infrastrutturali”, kompla l-Ministru.

Fearne jisħaq li maa kienx jaf min huma l-ismijiet tal-kumpaniji l-oħra li tefgħu tender. Kont naf li kien sar due diligence fuq Vitals, “pero jiena dan ir-rapport qatt ma rajtu.”

Fearne qal ukoll li kien hemm diskussjoni fil-Grupp Parlamentari, u anke fil-Kabinett. On paper, kien jidher proġett tajjeb, tant li l-Oppożizzjoni vvotat favur ukoll.

Mas-sid tal-Vitals, Fearne saħaq li ma kellmux qabel il-ftehim, imma wara “kelli diskussjonijiet u battibekki miegħu.”

Iltqajt magħhom Kastilja. On paper, huma kienu ħa jagħmlu return on investment fuq it-turiżmu mediku. Pero l-problemi waslu wara. Kompla biex jgħid li meta sar Ministru tas-Saħħa, kien ħatar nies tekniċi, mill-qasam tas-saħħa, legali u accounts, li jassiguraw li f’dawk il-concessions iffirmati, il-Gvern jonora l-parti tiegħu, u jassigura li l-parti terzi jagħmlu l-istess. Qal li kien hemm numru ta’ problemi li ġew solvuti u oħrajn le.

Fearne qal li kellu l-opportunita li jitkellem ma’ Steward flimkien mal-Professur Gauci. Steward xtaqu jidħlu skola medika serja, tant li ġew mitkellma Harvard International. Dan il-proġett ma seħħħx, pero mbagħad daħlu Steward, għax fl-opinjoni tagħhom kienet kumpanija serja li tmexxi numru ta’ sptarijiet ta’ livell għoli ħafna.

10:45 a.m: Fearne jgħid li r-relazzjoni tiegħu ma’ Schembri wara l-elezzjoni ta’ Deputat Mexxej ma baqgħetx daqshekk tajba

Mistoqsi dwar l-Assassnju ta’ Daphne Caruana Galiziia u dan jekk ġiex diskuss fil-Kabinett, Fearne saħaq li ma jiftakar li kien imnizzel fit-taħdidiet, pero żgur kien hem diskussjonijiet. Qal li ovjament, dan kien wieħed mill-iktar avvenimenti xokkanti fl-istorja politika tiegħu.

Mistoqsi fuq ir-relazzjoni tiegħu ma’ Schembri, Fearne saħaq li professjonalment, ir-relazzjoni kienet tajba, pero “wara l-elezzjoni ta’ Deputy Leader fl-2017, rightly or wrongly kont ħadt l-impressjoni li huwa kien ipprova ifixkilli l-elezzjoni, allura r-relazzjoni ta’ bejnietna ma tantx baqgħet tajba.”

Mistoqsi minn Therese Cachia Comodini fuq il-leak tal-Panama Papers fuq Keith Schembri u Konrad Mizzi, Fearne wieġeb li iva, kien hemm responsabbilità politika li ntrefgħet minn Konrad Mizzi.

Mistoqsi fuq Yorgen Fenech meta kien magħruf bħala s-sid ta’ 17 Black, fuq x’passi li ttieħdu biex jġu investigati jew id-deċiżjonijiet poltiċi li ttieħdu, Fearne saħaq lil r-remit tal-investigazzjoni kienu tal-istituzzjonijet. Qal li hu dejjem ra li l-istituzzjonjiet jagħmlu xogħolhom sew u li ma jaħsibx li huwa xogħol il-Kabinett li jinvestiga.

L-imħallef Michael Mallia staqsa jekk Is-sens ta’ “business as usual nonostante cio” setgħet wasslet għal dan il-qtil, Fearne saħaq li “jiena ħassejt li hemm iktar ċans li nassigura governanza tajba jekk nibqa’ ġewwa, u nwaassal dak li xtaqt inwassal, milli noqgħod barra.”

11:00 a.m: “Kont u għadni nemmen li Daphne nqatlet biex jagħlqu ħalq ġurnalista”

Meta sar Minstru tas-Saħħa, l-għada rċieva e-mail li kien hemm korrispondenza li tallega li Neville Gafa kien involut fi ħruġ ta’ visas mediċi. Dakinhar stess, talab lis-Segretarju Permanenti biex jgħaddi l-informazzjonia lill-pulizija, l-uffiċċju tiegħu ġie ssiġġilat dakinhar stess, u ma baqgħax jirraporta.

Fearne jisħaq li huwa qatt ma ltaqa’ ma Yorgen Fenech u ma kellu l-ebda kuntatt miegħu. Fl-istess ħin, huwa saħaq li Brian Tonna, fil-kumpanija tiegħu kellu kuntratt ffirmat bejniethom, ma ħassx li kien sodisfaċenti, u tterminah.

Fearne saħaq li “min għamel l-assassinju ta’ DCG ċertament kriminal. Kont u għadni nemmen li DCG inqatlet biex jagħlqu ħalq ġurnalista. Iva, għadni nemmen li l-assassinju fih nnifsu seta’ jintuża bħala sinjal biex jhedded ġurnalisti oħrajn.

Mistoqsi fuq il-kritika li Caruana Galizia kienet tirċievi qabel l-assassinju, kif ukoll il-problemi satiriċi, jekk huwa kienx jarah theddida: “Kemm dak iż-żmien kif ukoll illum, qatt ma kont favur attakki personali fuq il-politika, anke fuq persuni barra minnha.

11:30 a.m: Fearne jisħaq li huwa ma kienx jaf biċ-ċirku ta’ ħbiberija bejn Fenech, Muscat u Schembri

Fuq l-elezzjoni tal-2017, Fearne saħaq li x-xnigħat bdew jinstemgħu minn Frar, Marzu. B’mod konkret, Fearne saħaq li l-elezzjoni huwa kien jaf meta hi “meta tħabbret pubblikament mill-Prim Minstru.”

Fearne jisħaq li huwa ma kienx jaf biċ-ċirku ta’ ħbiberija bejn Fenech, Muscat u Schembri, u li lanqas ma kien jaf bil-festin li għamel il-Prim Minsitru dakinhar.

Fuq il-proġett tal-Electrogas, Fearne saħaq li kien hemm diskussjoni fi ħdan il-Kabinett, anke fuq il-garanzija.

Fuq il-waiver li ngħtat lil Steward, Fearne saħaq li waħda mill-obbligi għal konċessjonarju huwa li jkollhu garanzija bankarija. meta kont qiegħed niddiskutu man-nies tekniċi, kont infurmat li din il-gaaranzija Steward ma kinux qegħdin ipoġġuha.

Kien kellem lid-diriġenti ta’ Stewards u qalilhom li din ma kinitx aċċettabli. Huma ħarġu ittra li, minflok bank guarantee, ikollhom parent company guarantee. Li l-garanzija jiħduha minn hemm. Fearne insista li din xorta ma kinitx aċċettabli. Il-pożizzjoni tiegħu kien għamilha ċara lil Konrad Mizzi u lil Joseph Muscat, saret diskussjoni mal-Kabinett u kien hemm qbil li jingħata waiver temporanju.

Eventwalment, meta Konrad Mizzi rriżenja minn Ministru, il-PM saħaq li Projects Malta se jibqa’ taħtu. Fearne saħaq li l-proġjett ta’ Stewards ma kellux jinżamm taħt id-dekasteru tal-PM.

Fearne tenna li kien hemm numru ta’ side letters ffirmati bejn il-Ministru Konrad Mizzi u Steward u li hu ma kienx jaf bihom minn qabel.

L-eks Prim Ministru Muscat kellu ħabta jibgħat emails immedjatament. Jiena bħala DPM kont niltaqa’ miegħu kemm -il darba. Kull Ministru li xtaq ikellmu, Muscat kien jagħmel lilu nnifsu aċċessibli biex jitkellem  magħhom wieħed wieħed”.

Tintemm hawnhekk ix-xhieda tal-Ministru Fearne.

Fis-seduta li jmiss jixhed il-Ministru Owen Bonniċi. Din se ssir nhar il-Ġmgħa li ġej fid-9:30 a.m.

Sport