Wednesday, July 24, 2024

Fearne se jibqa’ fil-kariga ta’ Deputat Mexxej għall-Affarijiet tal-Parlament tal-PL

Aqra wkoll

Il-Prim Ministru Dr Robert Abela waqt li kien qiegħed jitkellem mal-ġurnalisti quddiem iċ-Ċentru Nazzjonali Laburista qal li Chris Fearne se jibqa’ fil-kariga ta’ Deputat mexxej għall-Affarijiet tal-Parlament tal-Partit Laburista.

Dr Abela sostna li vot fit-8 ta’ Ġunju lill-Partit Laburista, ikun ifisser vot ta’ fiduċja f’Dr Fearne. Saħaq li hu għandu fiduċja sħiħa f’Dr Fearne u anke fil-kapaċitajiet tiegħu.

Il-Prim Ministru qal li kull diskussjoni dwar min se jokkupa l-kariga ta’ Deputat Prim Ministru se ssir wara t-8 ta’ Ġunju.

Ekonomija

Sport