Saturday, November 23, 2024

Fearne: Steward għamlu dak li stennejna minnhom

Aqra wkoll

Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne iddikjara li minn kemm ilhom li bdew joperaw f’pajjiżna Steward Health Care Malta għamlu dak li l-Gvern stenna minnhom.

Huwa iddikjara dan waqt is-seduta parlamentari li matulha ġiet diskussa mozzjoni mressqa mill-Oppożizzjoni li fiha talbet lill-Gvern iħassar il-ftehim mal-imsemmi kumpanija dwar l-isptarijiet San Luqa, Karin Grech u dak t’Għawdex.

Fearne irrikonoxxa li l-VGH Malta, li kellha f’idejha t-tliet sptarijiet qabel dawn għaddew lil Steward, m’għamlitx dak li suppost kellha tagħmel imma nsista li kemm ilha li ġiet Malta din tal-aħħar bdiet tagħmel dak mistenni minnha.

Fost oħrajn semma kif bniet l-Iskola Medika ta’ Bart’s f’Għawdex u għaddiet lill-Awtorita tal-Ippjanar id-disinji l-ġodda dwar l-Isptar Ġenerali t’Għawdex u dak ta’ San Luqa.

Fearne irrimarka wkoll li anke fi żmien il-Covid10 Steward għamlet dak li talabha tagħmel il-Gvern fosthom fejn jidħlu żidiet fis-sodod b’mod partikolari fit-taqsimiet tal-emerġenza.

Il-Ministru tas-Saħħa sostna li dak li l-Gvern qed jagħti lil Steward għall-kura li toffri u dak li jiġi jiswih kieku ma toffrihx huwa “komparabbli” waqt li nsista li l-Gvern irid li dak dovut minnu lilha jagħtihulha u dak li hija dovuta lill-Gvern tatihulu.

Huwa fakkar ukoll li l-Kap tal-Oppożizzjoni fetaħ kawża fil-Qorti dwar dan il-każ u waqt li semma kif huwa lest joqgħod għal dak li tiddeċiedi mhux l-istess Adrian Delia li m’għandux sabar jistenna l-eżitu tal-kawża tiegħu.

Sport