Saturday, September 7, 2024

Federico  Bernardeschi lura ma’ Juventus?

Aqra wkoll

L-avukat u l-aġent ta’ Federico Bernardeschi qed ikollu laqgħat kontinwi mad-diriġenti ta’ Juventus Cristiano Giuntoli u Giovanni Manna. Fil-fatt Beppe Bozzo qed jipprova jiftiehem magħhom sabiex Bernardeschi jibda t-tieni avventura ma’ Juventus wara dik li kellu ftit tas-snin ilu.

Bħalissa Bernardeschi qed jilgħab ma’ Toronto fejn s’issa deher 43 darba u skorja 13-il gowl.

Hu jista’ jasal f’Ġunju li ġej fuq bażi ta’ self. L-eks plejer ta’ Fiorentina lagħab mal-Bianconeri bejn is-snin 2017 u 2022.

Ekonomija

Sport