Federico Chiesa ċaħad iċ-ċans li jingħaqad ma’ Liverpool bi ftehim ta’ £60 miljun sabiex jiffirma ma’ Juventus.
Ir-rebbieħ tal-Euro 2020 mal-Italja jinsab fit-tieni kuntratt ta’ self ta’ sentejn ma’ Juventus mingħand Fiorentina, bil-Bianconeri se jakkwistaw is-servizzi tiegħu b’mod permanenti fis-sajf li ġej.
Chiesa kiseb ħafna interess minn clubs minn barra l-Italja matul il-jiem tiegħu ma’ Fiorentina, u Liverpool kellhom ftehim fis-seħħ mal-Viola qabel l-attakkant għażel li jmur jilgħab Turin.
Minn dakinhar Chiesa irreġistra 17-il goal u pprovda 13-il assist f’59 dehra għall-Bianconeri, inklużi tliet goals u tliet assists minn 16-il logħba fil-kompetizzjonijiet kollha f’dan l-istaġun.
Madankollu, il-player ta’ 24 sena għadu marbut ma’ ċaqliq ma’ xi club ieħor, b’Chelsea jingħad li qed jippjanaw offerta ta’ £84m fl-2022.