L-esklużjoni tal-midfielder internazzjonali Taljan Federico Chiesa mit-turnew ta’ Liverpool fl-Asja tidher li tikkonferma t-tmiem tal-esperjenza tiegħu f’Anfield. L-eks plejer ta’ Fiorentina u Juventus qatt ma rnexxielu jidħol fl-iskemi tattiċi tal-kowċ Arne Slot u spiċċa b’14-il dehra biss u żewġ gowls.
Issa, għal Chiesa, jistgħu jinfetħu mill-ġdid il-bibien tas-Serie A. Napoli reġa’ wrew interess, iżda anke Atalanta tista’ tkun destinazzjoni ideali, speċjalment jekk jitlaq l-attakkant Ademola Lookman.