Federico Chiesa mistenni jibqa’ ma’ Juventus anke għall-istaġun li ġej. Il-kowċ Massimiliano Allegri jridu parti mill-iskwadra u jkun ukoll ideali għall-metodu tattiku ta’ 3-5-2 bi Chiesa quddiem l-akkwist probabbli Romelu Lukaku.
Sadanittant Chiesa rrifjuta offerti mingħand Newcastle United fl-Ingilterra u Al Hilal u Al Ahli fl-Arabja Sawdija minkejja li offrewlu salarju ferm tajjeb.
Chiesa ngħaqad ma’ Juventus fl-2020 u minn dakinhar ‘l hawn lagħab 65 logħba u skorja 12-il gowl.