Chelsea għad iridu jidħlu f’negozjati ma’ Juventus għall-winger Federico Chiesa.
Iż-żagħżugħ ta’ 24 sena fadallu kważi 18-il xahar fil-kuntratt tiegħu ma’ Juventus permezz tal-perjodu ta’ self ta’ sentejn mal-Bianconeri mingħand Fiorentina, u l-club minn Turin għandu l-obbligu li jiffirmah b’mod permanenti fis-sajf li ġej.
Anke jekk Juventus se jonfqu madwar €60m għal Chiesa, l-internazzjonali Taljan ġie marbut ma’ trasferiment, b’Chelsea maħsub li esprimew l-interess tagħhom fih.
Il-manager ta’ Chelsea Thomas Tuchel “jammira” lil Chiesa u jemmen li hu “wieħed mill-aqwa wingers fil-logħba fil-preżent”.
Madankollu, Juventus mhumiex lesti li jbigħu lil Chiesa fis-sajf li ġej u la l-Bianconeri u lanqas ir-rappreżentanti tal-winger ma kellhom taħditiet mal-Blues dwar trasferiment potenzjali fi Stamford Bridge.
Chiesa, li eċċella għall-Italja fil-Euro 2020, għamel 16-il dehra fil-kompetizzjonijiet kollha s’issa dan l-istaġun, fejn skorja tliet goals u pprovda tliet assists.