Real Madrid qed jikkontemplaw jekk jagħmlux approċċ fis-sajf għall-attakkant ta’ Juventus, Federico Chiesa.
Il-Los Blancos huma magħrufa li għandhom interessi fit-tul fi players bħal Kylian Mbappe u Erling Braut Haaland, żewġ players li jistgħu jsiru disponibbli s-sena d-dieħla.
Madankollu, l-uffiċjali tal-club u l-manager Carlo Ancelotti jinsabu f’pożizzjoni fejn għandhom bżonn jidentifikaw alternattivi għal żewġ players ta’ profil għoli.
Chiesa jinsab ukoll fuq ir-radar tagħhom bl-internazzjonali Taljan jimpressjona għall-club u l-pajjiż matul l-aħħar 12-il xahar.
Minbarra li stabbilixxa ruħu bħala membru ewlieni fil-formazzjoni inizjali ta’ Juventus, iż-żagħżugħ ta’ 23 sena għen lill-Italja tirbaħ il-Euro 2020 matul is-sajf.
Juventus x’aktarx jirrifjutaw kull approċċ għall-playmaker versatili minħabba li mistennija jiffirmawh b’mod permanenti.