Friday, September 13, 2024

Federico Dimarco segwit minn tliet clubs

Aqra wkoll

Newcastle United ikkuntattjaw lill-aġent tal-plejer ta’ Inter Federico Dimarco fit-tentattiv li jakkwistaw il-firma tiegħu f’Jannar li ġej. Il-plejer ta’ 25 sena s’issa spikka ferm man-Nerazzurri u kienet xi ħaġa naturali li xi timijiet qed ifittxu li jixtruh.

Fl-aħħar sigħat ma’ Newcastle ingħaqdu żewġ timijiet oħra mill-Premier League Ingliż u dawn huma Chelsea u Manchester United.

Matul dan l-istaġun, Dimarco lagħab 10 darbiet man-Nerazzurri u skorja tliet gowls filwaqt li wettaq assist wieħed.

Inter qed jistma li jiswa madwar €45 miljun.

Ekonomija

Sport