Friday, November 15, 2024

“Fejn jidhrilna li huwa meħtieġ, anke jekk mhux kulħadd ikun kuntent bih, iva nagħmluh”

Bernard Grech jattakka l-emenda tat-tqala u jaqa’ f’kontradizzjoni

Aqra wkoll

F’intervista mxandra qabel niċċelebraw il-festi tal-Milied, il-Kap tal-Oppożizzjoni, Bernard Grech, qal li f’Malta qegħdin ngħixu fi żmien surreali minħabba li fuq naħa qegħdin niċċelebraw il-festi u l-valuri tagħna mentri fil-Parlament hemm il-proposta tal-emenda tat-tqala. Huwa qal li l-poplu Malti jrid politika differenti u li l-PN kien dejjem magħruf bħala l-partit tad-djalogu u tal-ideat li jagħti widen lin-nies. Sostna  li, “aħna rridu politika ġenwina u onesta fejn inkunu ċari man-nies mhux kif qiegħed jagħmel Robert Abela meta jgħid li din l-emenda mhiex abort. Dak li jixtiequ n-nies, aħna nwettquh. Fl-istess nifs, imma, b’kontradizzjoni il-Kap tal-PN żied li, “però, aħna fejn jidhrilna li nistgħu nimxu ‘l quddiem u fejn jidhrilna li huwa meħtieġ, anke jekk mhux kulħadd ikun kuntent bih, iva nagħmluh”.

Hawnhekk huwa fakkar meta snin ilu Gvern Nazzjonalista kien iddeċieda li jaqta’ t-tipjip f’ċertu postijiet pubbliċi. Grech ammetta li, “dak iż-żmien ma kinitx popolari li taqta’ t-tipjip fil-postijiet pubbliċi fosthom fir-ristoranti imma aħna wettaqnih u dan il-pajjiż hekk għandu bżonn – li s-sewwa nwettquh”.

Huwa li saħaq li din l-emenda mhiex tat-tqala iżda tal-abort u reġa’ allega li l-Prim Ministru qiegħed iqarraq bin-nies u jwebbes rasu. Skont il-Kap tal-Oppożizzjoni, il-Gvern qiegħed jinjora s-soċjetà. Dan meta, huwa stess qal li l-emenda proposta mill-Gvern tipproteġi l-ħajja f’periklu tal-omm u lit-tobba li jikkurawha.

Bernard Grech iddikjara wkoll li , “fejn tidħol il-ħajja tal-mara, tirbaħ il-mara” imma xorta waħda talab li din l-emenda tkun irtirata. Illum din l-emenda tat-tqala se tidħol fit-tieni qari tagħha fil-Parlament u l-Kap tal-Oppożizzjoni qal li l-membri parlamentari tal-PN kollha se jivvotaw kontriha. “Il-PN se jibqa’ l-unika forza politika li temmen u taħdem favur il-ħajja. Bħala grupp parlamentari tal-PN se nkunu fil-parlament biex nagħmlu dmirna u se nivvotaw kontra din l-emenda għax din ma ssalvax il-ħajjiet kemm tal-omm, kif ukoll tat-tarbija”. Huwa qiegħed jisħaq li l-għajta tagħhom hija dik li jikkuraw u jgħinu lin-nisa u mhux li jidħol l-abort f’Malta b’liġi simili għal dik li saret fir-Renju Unit snin ilu.

“Minflok nikkompetu kontra xulxin dwar l-abort, bħala Gvern u Oppożizzjoni missna qegħdin naraw kif nistgħu ntejbu l-ħajja tan-nies, tal-familji u taż-żgħażagħ biex jibqgħu f’Malta,” spjega Grech. Il-Kap tal-PN fir-rigward tkellem dwar l-ispejjeż li qegħdin jiffaċċjaw il-familja Malti fejn ammetta li, “sfidi, dejjem kien hawn fil-pajjiż u kulħadd f’xi ħin jew ieħor ikollu sfidi però l-istatistika qiegħda turina li l-persuni li qegħdin isibuha diffiċli jlaħħqu mal-għoli tal-ħajja, dawk f’riskju ta’ faqar u anke dawk fil-faqar, l-ammont tagħhom qiegħed dejjem qiegħed jikber”.

Grech bħal dejjem sostna li f’Malta għandna bżonn ta’ politika onesta li tisma’ l-vuċi tal-poplu u għal darb’oħra attakka lill-Gvern dwar il-kontijiet tad-dawl u l-ilma. Huwa inċita li, “l-Gvern qiegħed jisraq lin-nies fil-kontijiet tad-dawl u l-ilma u din, jafha kulħadd. Qalu li hija anomalija u sal-lum dawn baqgħu jagħmlu l-istess. Aħna tajna l-aħħar ċans lill-Gvern u fil-kawża fil-Qorti se nkunu qegħdin niddefendu lin-nies li tawna l-informazzjoni u se nġibulkom il-flus lura”.

Ekonomija

1 kumment

  1. Mela xi darba il pn qabel ma dak li ried jaghmel il PL fil gvern.Kif qatt nista nafda persuna bhala primistru ta pajjizi jaghmel 12 il sena ma jhallas taxxa.Jiddikjara li jaqla 6000 ewro fis sena (skont ma qrajna) jixtri villa u camper.Kif nista nemmen fil pn meta kien mal knisja fil protesti
    KONTRA IVF.Saqsu lill dawk il genituri li weldu wild jew izjed bl IVF.Kif tridu lill poplu Malti jemminkhom lill pn meta fil ligi ta lugwaljanza ghall gay right movements hrigtu l barra mill parlament,anke dawk nazzjonalisti li setaw kienu gay.Halluna int il grieg ma tridx lill PL jikteb listorja ta MALTA.HALLINA IMMISSEK SMAJT MIN JASON META QALLEK BIEX MA TKUNX IL KAP TAL PARTIT.

Comments are closed.

Sport