Tuesday, December 24, 2024

“Fejn kien biex jimplimenta governanza tajba l-Kap tal-Oppożizzjoni meta ġie biex iħallas it-taxxi dovuti?”

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Id-Deputat Laburista Jonathan Attard qal li dan il-qasam jagħmel ġieħ lil dan il-gvern. Huwa qal li l-ħidma mwettqa minn dan il-gvern fil-qasam tal-ġustizzja hija konferma ta’ kemm ħadem biex ikun jixpruna aktar riformi kuraġġjużi li jkomplu jsaħħu l-pilastri kollha tad-demokrazija. Attard qal li l-isforzi ta’ dan il-gvern huma wkoll rikonoxxuti mill-Kummissjoni Ewropea kif ukoll mill-Kummissjoni Venezja.

Huwa staqsa fejn kien il-Kap tal-Oppożizzjoni meta ġie biex iħallas it-taxxa biex jimplimenta governanza tajba. Staqsa wkoll għalfejn kelliema tal-oppożizzjoni jagħżlu li jevitaw is-suġġett ta’ Yorgen Fenech. 

Attard għamel referenza għar-rakkomandazzjonijiet lejn tmiem l-inkjesta pubblika b’rabta mal-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia. Huwa qal li jinsab infurmat li bdiet ħidma biex dawn ir-rakkomandazzjonijiet jiġu indirirzzati. Huwa qal li għandu jkun hemm bilanċ bejn talbiet leġittimi u dawk li jippruvaw jabbużaw minn proċessi legali biex isikktu lil dak li jkun. Huwa qal dan waqt li kien qiegħed jitkellem dwar il-professjoni ġurnalistika fejn ġurnalisti serji għandhom ikun rikonoxxuti u apprezzati. Huwa qal li meta wieħed iħares lejn il-ħidmiet li twettqu minn dan il-gvern, jagħtu tama u dan minħabba li ċertu liġijiet implimentati kienu fuq l-aġenda għal numru ta’ snin. 

Attard temm jgħid li pajjiżna se jitqies li pajjiżna jekk jibqa’ miexi f’din id-direzzjoni se jkun rikonoxxut mill-awtoritajiet barranin u jibqa’ jegħleb kull sfida li jaffaċċja.

Ekonomija

Sport