Tuesday, December 24, 2024

“Fejn naraw il-Bajda u l-Ħamra ningħaqdu”

Il-Prim Ministru jħeġġeġ lil poplu Malti u Għawdxi biex jingħaqdu wara l-atleti Maltin.

Aqra wkoll

Waqt id-diskors tiegħu l-Prim Ministru Robert Abela ħeġġeġ lil poplu Malti u Għawdxi biex jingħaqad wara l-atleti Maltin li se jikkompetu fil-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar.

Qal li matul il-jiem li ġejjin pajjiżna se jilqa’ fih mijiet kbar ta’ atleti u anke uffiċjali minn diversi pajjiżi li se jkunu qegħdin kollha hawn biex jikkompetu fil-logħob organizzat f’Malta.

“Naf li kulħadd se jkun qiegħed jarawhom. Għax aħna fejn naraw il-Bajda u l-Ħamra ningħaqdu. Atleti minn pajjiżi minn madwar l-Ewropea kollha se nospitawhom hawn. F’dan il-pajjiż sabiħ. Ġo faċilitajiet li nvestejna fihom u li se jibqgħu jitgawdew minn uliedna mhux bissa għal dan il-logħob, iżda anke għall-futur,” temm jgħid il-Prim Ministru Robert Abela dalgħodu f’Marsaxlokk.

Ekonomija

Sport