Sunday, November 24, 2024

Fekruna tbid fil-Bajja tal-Mixquqa… is-7 bejta dan l-istaġun

Aqra wkoll

Dalgħodu għall-ħabta tat-3.00am ġie kkonfermat li fekruna telgħet tbid fil-Bajja tal-Mixquqa u b’din ifisser li dan l-istaġun hemm 7 bejtiet fil-gżejjer Maltin.

Fi stqarrija l-ERA u Nature Trust qalu li wara li ntlemħet il-fekruna u lestiet il-bejta ġie ċċekkjat il-microchip tal-fekruna u nstab li din kienet l-istess fekruna li bidet ir-rabta’ bejta aktar kmieni din is-sena.

L-uffiċjali tal-ERA marru immedjatament fuq il-post biex jiżguraw li l-bejta tkun protetta. Dan l-istaġun żgur huwa wieħed attiv għal din l-ispeċi protetta, u jġib aħbarijiet pożittivi għall- ħarsien tal-bijodiversità!

Il-pubbliku huwa mfakkar li jekk fekruna tinstab waqt li qed tbid, m’għandha ssir l-ebda interazzjoni mal-fekruna, peress li l-istorbju u d-dawl jistgħu jbeżżgħu lill-fekruna u b’riżultat
ta’ dan tista’ tintilef il-bejta. Wieħed għandu wkoll immedjatament jirrapporta attività ta’ fkieren.

Sport