Dalgħodu aħbar sabiħa għal dawk kollha li jħobbu n-natura kienet li matul il-lejl fekruna telgħet tbid fir-Ramla l-Ħamra.
Kienu l-Wildlife Rescue Team Malta li ħabbru dan fejn qalu li dalgħodu l-voluntieri tagħhom iddentifikaw passi ta’ fekruna u mill-ewwel informaw lill-awtoritajiet fosthom l-ERA.
Minħabba li l-bajd li jinsab taħt ir-ramel irid ikun mgħasses 24 siegħa kuljum il-Wildlife Rescue Team Malta qiegħda titlob lil dawk kollha li jixtieq joffru xi sigħat bħala volontarjat biex jagħmlu kuntatt magħhom fuq [email protected].