Friday, December 20, 2024

Fekruna titla’ tbid matul il-lejl fil-bajja tal-Ġnejna

Aqra wkoll

Matul il-lejl li għadda fekruna tal-baħar telgħet tbid fil-Bajja tal-Ġnejna biex b’hekk s’issa huma żewġ bejtiet li ġew irreġistrati f’pajjiżna din is-sena. Ftit tal-jiem ilu kienet telgħet tbid fekruna fil-bajja tar-Ramla l-Ħamra.

Fi stqarrija l-ERA qalu li waqt rutina li kienu qegħdin jagħmlu l-voluntieri tan-Nature Trust Malta dalgħodu setgħu jinnotaw passi li waslu għas-sejba tal-bejta.

Bħalissa l-ERA u anke uffiċjali tan-Nature Trust Malta qegħdin jikkordinaw biex il-bejta tkun sigura.

Ekonomija

Sport