Saturday, September 14, 2024

Felipe Anderson jingħaqad ma’ Palmeiras

Aqra wkoll

Meta kollox kien jidher li kien se jingħaqad ma’ Juventus, l-attakkant internazzjonali Brażiljan Felipe Anderson irritorna f’pajjiżu sabiex jilgħab ma’ Palmeiras.

B’hekk il-plejer ta’ 31 sena ħalla lil Lazio wara żewġ esperjenzi pjuttost twal magħhom u se jkun għad-dispożizzjoni tal-kowċ ta’ Palmeiras Abel Ferreira. Dan tal-aħħar ma setax jemmen li d-diriġenti tal-klabb tiegħu ġabulu lil Anderson. Hu faħħar il-professjonalita’ tiegħu u se jkun element importanti fl-iskwadra tiegħu. Sadanittant hu għażel biex jilgħab bin-numru 9 matul l-istaġun li ġej.

Ekonomija

Sport