Monday, October 14, 2024

Felipe Melo għal darb’oħra fl-aħbarijiet fin-negattiv

Aqra wkoll

Id-difensur veteran Brażiljan Felipe Melo baqa’ jkun kontroversjali fl-imġieba tiegħu. Fil-fatt, hekk kif kien qed jilgħab il-logħba ma’ Fluminense kontra River Plate fit-tazza Libertadores, hu kellu xi jgħid wisq mal-plejers avversarju filwaqt li kien vjolenti fil-logħob tiegħu.

Biex l-affarijiet ikomplu jikkumplikaw ruħhom, Melo mar quddiem il-partitarji avversarji u beda jagħmel mossi xejn pjaċevoli lejhom.

Il-pulizija kellhom imorru fid-dressing room ta’ Fluminense sabiex ikellmuh filwaqt li wissewh verbalment.

Sport