Friday, April 19, 2024

FELTOM tilqa’ l-ftuħ mill-ġdid tal-iskejjel tal-Ingliż għall-istudenti adulti vaċċinati

Aqra wkoll

Il-Federazzjoni ta’ Organizzazzjonijiet tat-Tagħlim tal-Ingliż f’Malta (FELTOM) laqgħet l-emendi għall-Avviż Legali LN 314 tal-2021 dwar l-iskejjel li jgħallmu l-Ingliż, emendi li se jippermettu eċċezzjonijiet u permessi speċjali f’rispett sħiħ lejn id-deċiżjonijiet meħuda mill-awtoritajiet tas-saħħa. Is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika irrakkomandat emedi li jinkludu l-ftuħ mill-ġdid ta’ l-iskejjel li joperaw għal studenti adulti u vaċċinati

FELTOM qalet li hija dejjem kienet favur dawk li jridu joperaw b’mod serju fis-settur, settur li bata ħafna bid-deċiżjoni li ttieħdet f’daqqa li jingħalqu l-klassijiet kollha wara żieda fl-għadd ta’ każijiet, li tagħha ħadu t-tort uħud mill-istudenti tagħna. “Dan meta huwa fatt, li l-istatistika turi li huwa biss persentaġġ żgħir ħafna tal-barranin ta’ bejn 0-24 sena li jżuru Malta, li jiġu jitgħallmu l-Ingliż.”

“FELTOM temmen bis-sħiħ li l-ftuħ mill-ġdid ta’ l-iskejjel għandu jseħħ biss u b’mod esklussiv għal studenti adulti li huma vaċċinati u li għandhom kull dritt iżuru ‘l Malta bħal kull turist vaċċinat ieħor.  Jekk jittieħdilhom dan id-dritt, ikun fatt diskriminatorju li jkompli jagħmel ħsara lis-settur, kemm finanzjarjament kif ukoll lir-reputazzjoni ta’ pajjiżna.”

Il-Federazzjoni kompliet tisħaq il-pożizzjoni ċara tagħha u l-intenzjoni li tibqa’ tgħin b’kull mod possibbli fl-inizjattivi ta’ infurzar, li wħud minnhom tqajjmu mill-federazzjoni stess, meta spjegat kif l-industrija batiet minħabba nuqqas ta’ infurzar minn ċerti operaturi fis-settur. 

“Il-bidla fl-Avviż Legali huwa l-ewwel pass sabiex l-industrija terġa tibda’ miexja lura lejn in-normalità u din qed tintlaqa’ sakemm l-iskejjel se jibqgħu ikunu jistgħu jilqgħu studenti vaċċinati, sabiex jonqos kemm jista’ jkun it-telf li qed iġarrbu l-iskejjel wara li dan is-settur kellu jagħlaq ħesrem,” temmet tgħid il-FELTOM.

Sport