Fenerbahce ġew ikkastigati mill-UEFA wara li l-partitarji tagħhom kantaw isem il-President Russu, Vladimir Putin, waqt it-telfa fil-logħba ta’ kwalifikazzjoni taċ-Champions League ta’ Lulju li għadda kontra Dynamo Kiev tal- Ukrajna.
Il-club Tork ġie mmultat €50,000 kif ukoll għeluq parzjali tal-istadium għal logħba waħda Ewropea (mill-inqas 5,000 siġġu) li jmiss tiegħu – sospiża għal sentejn.
Il-UEFA qalet li l-piena kienet “għat-temi ta’ oġġetti u t-trasmissjoni ta’ messaġġ provokattiv ta’ natura offensiva, jiġifieri kant illeċitu”.