Napoli u Inter qed isegwu b’attenzjoni l-progress tal-plejer ta’ nofs il-grawnd ta’ Fenerbahce, Ferdi Kadioglu. Dan tal-aħħar għandu 23 sena u qed ikun protagonist mat-tim Tork fil-kampjonat pożittiv li qed ikollhom.
Matul dan l-istaġun hu lagħab 12-il darba u pprovda ħames assists. Id-diriġenti ta’ Fenerbahce qed jitolbu s-somma ta’ €25 miljun għalih.
Kadioglu twieled fil-belt ta’ Arnhem fl-Olanda iżda wara li lagħab mat-tim nazzjonali Olandiż mil-livell taż-żgħar sa taħt l-21 sena, matul dawn l-aħħar xhur iddeċieda li jilgħab mat-tim nazzjonali Tork minħabba li għandu ċittadinanza doppja.