Thursday, December 26, 2024

Ferħ ta’ fjamingu allegatament jinqatel fix-Xwejni Għawdex

Aqra wkoll

Aktar kmieni llum wara nofsinhar, Fjamingu li kien fuq il-ġebel fix-Xwejni Għawdex, wisq probabbli biex jistrieħ mill-maltemp li kien għaddej minn fuq il-gżejjer Maltin, allegatament persuna sparat lejh u din l-istess persuna ġarret l-għasfru lejn karozza privat.

Dan intqal fi stqarrija minn Birdlife Malta fejn allegat li l-persuna li sparat fuq il-Fjamingu kellha persuna oħra tistennija fil-karozza li kienet qed issuq. Mill-ewwel din l-informazzjoni waslet għand Birdlife Malta u kull dettall għadda għand il-Pulizija t’Għawdex li bħalissa għaddejjin bl-investigazzjonijiet biex jiġi ddentifikat ir-raġel u anke lis-sewwieq.

Il-Kap Eżekuttiv ta’ BirdLife Malta Mark Sultana qal: “Għawdex sar mekka ta’ illegalitajiet gravi daqs il-Miżieb u l-Aħrax, u t-tama tagħna hi li l-awtoritajiet tal-infurzar jieħdu din is-sitwazzjoni bis-serjetà. Nittamaw ukoll li l-pubbliku jagħti daqqa t’id billi jirrapporta każi bħal dawn u jibgħat l-informazzjoni kollha mill-ewwel lilna u lill-pulizija. Inċidenti bħal dawn f’Għawdex jindikaw b’mod ċar li għandna bżonn inkunu preżenti aktar f’din il-gżira.”

Il-Kap tal-Konservazzjoni ta’ BirdLife Malta Nicholas Barbara żied jgħid: “L-istaġun tal-passa tal-għasafar beda u kif jiġri kull sena, numru ta’ għasafar protetti – anke matul l-istaġun magħluq – jispiċċaw fil-mira tal-kaċċaturi li jiġu jaqgħu u jqumu mil-liġi, altru milli huma xi konservazzjonisti jew xjenzati kif jippruvaw ipinġu lilhom infushom li huma.”

Ekonomija

Sport