Tuesday, July 15, 2025

Fernandinho jingħaqad ma’ Sliema Wanderers mingħand Floriana

Aqra wkoll

Fernandinho huwa player ġdid ta’ Sliema Wanderers. Dan hekk kif huwa ngħaqad magħhom mingħand Floriana FC.

Il-winger talentuż gawda staġun mill-aqwa ma’ Floriana l-istaġun li għadda iżda l-kuntratt tiegħu ma ġiex imġedded mill-Greens u b’hekkkien liberu li jingħaqad ma’ klabb ieħor.

Sliema kienu ilhom f’taħditiet ma’ Fernandinho għal diversi ġimgħat.

Għal Fernandinho, il-Wanderers se jkunu t-tielet tim Malti li lagħab għalih peress li fl-istaġun 2023-24 kien fuq il-kotba ta’ Marsaxlokk qabel ma mar jilgħab l-Indoneżja ma’ PSIS Semarang.

L-akkwist ta’ Fernandinho fost diversi akkwisti oħra hija dikjarazzjoni ewlenija oħra mill-Wanderers li huma determinati li jkunu sfidanti ġenwini għall-unuri domestiċi ewlenin wara li naqsu mlli jiksbu post fl-Ewropa matul l-istaġun li għadda.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport