L-attakkant ta’ Barcelona Ferran Torres qed jattira l-interess ta’ żewġ klabbs tal-Premier League Ingliż iġifieri Aston Villa u Arsenal. L-eks plejer ta’ Manchester City qed jiġi evalwat mill-kowċis rispettivi Unai Emery u Mikel Arteta li t-tnejn li huma inzertaw Spanjoli li jarawh parti mis-sistema tattika tagħhom.
Min-naħa tagħhom, Barcelona lesti li jinnegozjaw mal-Gunners u l-Villains u f’Jannar jista’ jerġa’ jilgħab fil-Premier League Ingliż jekk ikun hemm xi forma ta’ ftehim.