Saturday, October 26, 2024

Ferrari ta’ Michael Schumacher tinbiegħ b’irkant għal £5 miljuni

Aqra wkoll

Il-Ferrari tal-leġġendarju tal-Formula Wieħed, Michael Schumacher, inbiegħet f’irkant għal £5 miljun.

Il-karozza emblematika tal-Ġermaniż għandha rekord massimu ta’ rebħiet hekk kif hija l-unika karozza li fl-1998 rebħet tliet darbiet minn daqstant tiġrijiet.  

Schumacher, ta’ 53 sena, rebaħ l-erba’ tiġrijiet f’din il-verżjoni tal-F300.

L-ewwel rebħa waslet fil-GP tal-Kanada, segwita minn dawk ta Franza u ta’Silverstone. Imbagħad rebaħ ukoll f’Monza. 

Madankollu, dan ma kienx biżżejjed biex jirbaħ it-titlu ta’ dik is-sena hekk kif Schumacher ġie megħlub minn Mika Hakkinen.

Il-vettura għandha n-numru tax-chassis 187, magna V10 kompluta ta’ tliet litri u 800 hp.

Din il-karozza nbiegħet minn minn Sotheby’s Auction House għal £5,272,818 f’Monterey, il-Messiku.

B’hekk din saret ir-raba’ karozza tal-F1 l-aktar għalja li qatt nbiegħet wara żewġ Ferraris oħra misjuqa mis-seba’ darbiet champion tad-dinja u mill-Mercedes.

It-tielet l-aktar għalja kienet il-karozza tal-istess Schumacher li ntużat fil-Grand Prix tal-Awstrija fl-2002 fejn b’mod kontroversjali tħalla jaqbeż lil sieħbu Rubens Barrichello fl-aħħar dawra biex jirbaħ it-tiġrija.

Huwa rebaħ il-kampjonat b’din il-karozza.

Sport