Wednesday, April 30, 2025

Feruti sebat itfal fi spluzjoni fil-Polonja

… l-inċident seħħ f’dipartiment tat-tifi tan-nar

Aqra wkoll

Aħbar xejn sabiħa ħarġet mill-Polonja hekk kif sebat itfal fl-etajiet teneri ta’ bejn it-tmien u l-għaxar snin sfaw feruti fi splużjoni li seħħet proprju f’dipartiment tat-tifi tan-nar.

L-inċident huwa rrapportat li seħħ fil-belt ta’ Grebynice meta t-tfal kienu qegħdin jieħdu sehem f’eżerċizzji ta’ taħriġ. L-isplużjoni hija rrapportata li seħħet minn kontenitur tal-ħġieġ.

It-tfal ittieħdu l-isptar u ġew iċċertifikati li weġgħu ħafif b’wieħed minnhom ferut madwar għajnejh. Magħhom, skont l-aġenzija tal-aħbarijiet lokali “Fakt”, f’dan l-inċident weġġa’ wkoll adult.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport