Il-Banda Żejtun Għaqda Santa Katerina VM AD 1933 matul din il-ġimgħa u d-dieħla se tkun impenjata b’għadd ta’ attivitajiet relatati mal-Festa tal-Patruna taż-Żejtun Santa Katerina ta’ Lixandra. Dan ma jsirx biss permezz tal-banda imma wkoll permezz ta’ sezzjonijiet oħra b’diversi attivitajiet immiritati għal tfal sa adulti.
Żgur li fl-attivatjiet ta’ din s-sena se tispikka bil-kbir l-esebizzjoni tan-nar tal-art u tal-ajru mill-Kummissjoni Piroteknika Santa Katerina fi ħdan l-istess Għaqda li se timmarka ir-rebħa li għadha kemm għamlet din il-Kummissjoni li f’Mejju ġiet inkunnata bħala r-Rebbieha tal-Festival Nazzjonali tan-nar tal-art mekkanizzat ta’ Malta li jsir fuq il-fosos tal-Furjana.

Dan is-suċċess se jkun imfakkar b’ħarqa tan-nar tal-art f’Misraħ Carlo Diacono nhar il-Ħamis 12 ta’ Ġunju fl-9.45 p.m u li fiha se jerġgħu jinħarqu wkoll l-irdieden rebbieħa flimkien ma’għadd ta’ sorpriżi oħra. Ta’ min isemmi wkoll iż-żewġ marċi kbar li se torganizza l-Banda Santa Katerina nhar l-Erbgħa 11 ta’ Gunju u l-Ħamis 12 ta’ Ġunju li jinkludu wkoll show tan-nar sinkronizzat mal-mużika minn fuq il-Bejt tal-Kazin il-Ħamis 12 ta’Gunju fi 12.00 a.m u spettaklu ta’ karti sinkronizzat mal-mużika l-Erbgha 11 ta’Gunju fil-11 p.m. dejjem quddiem il-Kazin tal-Għaqda.

Sadanittant il-Banda Żejtun hasbet ukoll li tkompli torganizza sensiela ta’ kunċerti b’tema mużikali ifejn din s-sena il-programm mużikali ta’ lejlet il-festa fuq il-Planċier tal-istess Għaqda u jkun nhar is-Sibt 14 ta’ Gunju fit-8p.m se jġib t-tema Una Notte all Italiana fejn il-programm se jkun festa saħħa ta’ muzika varjata ta’ kull still mill-pajjiż ġar tagħna.
Il-Banda Żejtun li tkun taħt d-ditrezzjoni ta’ Mro David Agius se tkun akkumpanjat minn diversi kantanti. Din hija l-ewwel festa li din l-għaqda se tkun qed tuża l-immaġni ġdida tagħha sew fejn jidħol l-isem u anke l-emblema bil-għan li tkun iżjed marbuta ma’ Santa Katerina.