Saturday, December 21, 2024

Festa oħra ta’ Ġenerożità mad-Dar tal-Providenza fl-Ewwel ta’ Jannar

Aqra wkoll

Ingħataw dettalji tal-Festa ta’ Ġenerożità li ssir fl-Ewwel ta’ Jannar ta’ kull sena organizzata mid-Dar tal-Providenza, fejn il-poplu Malti u Għawdxi jkun mitlub isostni l-ħidma tad-Dar bl-għajnuna finanzjarja tiegħu. Id-dettalji ngħataw minn Fr Martin Micallef, Direttur u mis-Sinjura Nadine Camilleri Cassano, Amministratur tad-Dar, waqt konferenza tal-aħbarijiet li saret dalgħodu t-Tlieta, 14 ta’ Diċembru. 

Biex tiġi ssalvagwardjata s-saħħa u s-sigurtà ta’ kulħadd u biex jiġu obduti d-direttivi tal-awtoritajiet tas-saħħa din is-sena t-trasmissjoni tal-Festa ta’ Ġenerożità se terġa’ ssir fl-istudios ta’ We f’Ħal Qormi fejn hemm ikunu jistgħu jidħlu biss dawk li se jkunu qed iwieġbu t-telefonati u l-VIP’s mistiedna. Bħas-soltu, l-Festa ta’ Ġenerożità se tkun trasmessa fuq l-istazzjonijiet ewlenin tat-televixin bejn nofsinhar u nofsilejl. Fid-9.30am, TVM ixandar il-quddiesa mill-kappella tad-Dar li se titmexxa mill-E.T. Mons. Arċisqof Charles J. Scicluna.

Fr Martin qal li din is-sena, kienet sena oħra partikolari ħafna għad-Dar tal-Providenza minħabba l-pandemija tal-COVID-19, li waħda mill-vittmi tagħha sfortunatament kienet residenta.  Grazzi għall-vaċċin, il-ħajja tar-residenti nistgħu ngħidu li marret lura għan-normal.  Huma reġgħu bdew jiltaqgħu wiċċ imb wiċċ mal-familjari u l-ħbieb tagħhom, kif ukoll jattendu xi atttivitajiet li jsiru fil-komunità.  

Is-servizzi residenzjali li toffri d-Dar huma servizzi personalizzati li jwieġbu għall-bżonnjiet u l-aspirazzjonijiet tar-residenti.  “Aħna impenjati” qal Fr Martin “li nkomplu ntejbu dejjem aktar il-kwalità tal-ħajja tar-residenti u s-servizzi li noffru anke biex ir-residenti jkunu inklużi u jipparteċipaw f’attivitajiet li jsiru fil-komunità.  Biex nagħmlu dan dejjem naraw li kull sena ninvestu f’riżorsi umani, xiri ta’ apparat ġdid, xogħol ta’ manutenzjoni u anke proġetti kapitali biex inkomplu niftħu djar oħra fil-komunità.  

Naturalment, l-attivitajiet ta’ ġbir ta’ fondi din is-sena reġgħu kienu limitati, għajr għall-Festa ta’ Ġenerożità, kif ukoll il-maratona li saret f’Lulju fuq it-televixin flok dik tal-Volleyball. 

Fr Martin żied jgħid li din is-sena barra l-iebes li ġabet magħha l-pandemija kien hemm ukoll mumenti sbieħ b’mod speċjali meta l-Parlament Ewropew irrikonoxxa l-ħidma li twettaq id-Dar tal-Providenza bil-Premju Ċittadin Ewropew.  Rikonoxximent fuq livell Ewropew tal-ħidma li ssir ifisser ħafna għall-amministrazzjoni, ħaddiema u voluntiera tad-Dar.

Wieħed jista’ mill-lum stess sal-ewwel tas-sena jibgħat id-donazzjoni tiegħu b’wieħed minn dawn il-mezzi.  Fil-fatt, id-donazzjonijiet li se jidħlu mill-lum sal-ewwel tas-sena se jkunu inklużi fis-somma totali li titħabbar fi tmiem il-maratona.

€10         5160 2012

€15         5170 2013

€25         5180 2014

€50         5190 2085

€100       5130 2022

SMS €7   50618922

BOV Mobile  79324834

Paypal u kontijiet tad-Dar tal-Providenza mal-Banek ewlenin: APS Bank, BOV, HSBC, Lombark Bank, BNF Bank.

Wieħed jista’ wkoll jibgħat id-donazzjoni tiegħu permezz ta’ ċekk lid-Dar tal-Providenza, Triq Lapsi, is-Siġġiewi  SGW2822. Imma nfakkru li b’direttiva tal-Bank Ċentrali ta’ Malta ma jistgħux jinħarġu ċekkijiet ta’ €20 jew inqas u mhux se jissarfu mill-banek.

Donazzjonijiet oħra jintlaqgħu fl-uffiċċju tad-Dar tal-Providenza, fi Triq San Pawl il-Belt wara s-Suq, filgħodu bejn id-9:00 am u l-12:00 pm, mill-Paola Catholic Bookshop, Raħal Ġdid, kif ukoll mill-Pjazza tar-Rabat Malta mill-ġimgħa d-dieħla.

Is-Sinjura Camilleri Cassano spjegat kif, wara waqfa ta’ sentejn, se jsiru il-wirja u l-irkant ta’ xogħlijiet tal-arti bħala parti mill-Festa ta’ Ġenerożità fl-ewwel tas-sena. Kull min hu interessat jista’ jara Ikatalgu taxxogħlijiet kollha flimkien ma’ informazzjoni dwar lirkant online fuq www.dtpauction.com jew www.belgraviaauctions.com.  

Min jixtieq jara dawn ix-xogħoljiet b’mod fiżiku, jista’ jarahom f’wirja li qed tinżamm flintrata talParlament ta’ Malta filBelt Valletta.  Din ilwirja, li se tibqa’ sejra sas26 ta’ Diċembru, hija miftuħa għallpubbliku bejn id9:00am u l5:00pm mitTnejn salĠimgħa u bejn id9.00am u 12.30pm isSibt u lĦadd. Wieħed ikun jista’ jidħol jara din lesibizzjoni billi jippreżenta lKarta talIdentità kif ukoll iċĊertifkat talVaċċin.

Hija semmiet ukoll xi attivitajiet oħra ta’ ġbir ta’ fondi. Fosthom kunċert mill-Banda tal-Pulizija taħt il-flyovers tal-Marsa nhar il-Ġimgha, 17 ta’ Diċembru fis-7.00pm bħala parti minn Christmas Under the Bridge li se jsir fil-post.  Se ssir maratona ta’ 30 siegħa xandir fuq 103FM organizzata minn Arthur Caruana, Ian Busuttil Naudi u Ron Briffa.  Din il-maratona se tixxandar live bejn is-6.00am tal-Ħamis 30 ta’ Diċembru sal-10.00am tal-aħħar tas-sena. Attività oħra hija ‘Carols Under the Stars’ fil-kappella Santa Marija tax-Xagħra f’San Pawl tat-Tarġa. Din se tkun wirja bid-dwal bis-sehem ta’ korijiet bil-kant tal-Milied. ‘Carols under the Stars’ se jsir fit-22, 23, 26 u 27 ta’ Diċembru bejn is-6.00pm u l-10.00pm ta’ filgħaxija.

Ekonomija

Sport