Ritratt: JOE GRECH
Din is-sena s-Soċjetà Filarmonika Leone A.D. 1863 qed tfakkar it-30 Anniversarju mit-twaqqif tal-għaqda tan-nar “Vampa Organisations”. Għal dik l-okkazzjoni ġiet imżanżna bandiera ġdida li tpoġġiet u żejnet l-Għolja ta’ Gelmus, il-post fejn jinħaraq in-nar.
Din is-sena bħal snin l-imgħoddija Il-Vampa Organisations qed tkun qed toffri spettaklu tal-logħob tan-nar matul it-Transulazzjoni illum il-Ġimgħa 14 t’Awwissu (5:30pm), kif ukoll spettaklu tan-nar ta’ binhar mal-ħruġ tal-Istatwa ta’ Santa Marija fil-Pjazza tal-Katidral nhar is-Sibt 15 t’Awwissu (6:45pm), segwit minn spettaklu tal-logħob tan-nar tal-kulur fid-9:30pm
Fl-jum il festa ta’ Santa Marija l-Isqof Grech Grech, Amministratur Appostoliku flimkien mal-Kapitlu tal-Katidral se jmexxi Konċelebrazzjoni Pontifikali Sollenni. Ta kull sena wara dan il-pontifikal jingħataw ġieħ il-parroċċa lill-parruċċani li ikunu taw servizz volontarju fil-knisja katidrali. L-asemblea tkun taħt il-patroċinju ta’ Dr. George Vella , President ta’ Malta.
Fil-għaxija għas-6.00pm fil-knisja katidrali ikun hemm ċelebrazzoni kapitulari tat-Tieni Għasar tas-Solennita mil-Kapitlu, ippresedut mill-Arċidjaknu Tarċisio Camilleri, filwaqt 6.45pm jingħata bidu għal qofol tal-festa bil-ħruġ sollenni tal-Istatwa devota ta’ Santa Marija fil-Pjazza tal-Katidral fejn il-Banda Ċittadina Leone ssellem lill Assunta bl-innu reliġjuż Warda Sbejħa tar-rebbiegħa (1992) ta’ Colin Attard u wara tesegwixxi l-Innu Immortali Per La Festa Di Maria Assunta In Cielo (1913) ta’ Orlando Crescimanno, fuq versi tal-Professur Ramiro Barbaro Di San Giorgio.
L-isqof imbagħad ser imexxi r-riċitazzjoni tar-rużarju, il-laqgħa tat-talb, għandha tiġi konkluża bl-għotja tal- Barka Sagramentali.
Wara se ssir wirja tal-logħob tan-nar segwita bid-dħul ta’ l-istatwa fil-Katidral.