Saturday, December 21, 2024

Festi nazzjonali u btajjel pubbliċi li jaħbtu s-Sibt jew il-Ħadd se jiżdiedu ma’ jum ieħor ta’ leave ta’ vaganza

Aqra wkoll

Il-Kabinett tal-Ministri approva emenda mressqa mill-Ministru fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru Carmelo Abela fl-Att dwar il-Festi Nazzjonali u Btajjel Pubbliċi Oħra.  

Permezz ta’ din l-emenda l-Gvern se jkun qed iwettaq wegħda elettorali oħra b’mod sħiħ u se jkun qed ireġġa’ lura dak li Gvern Nazzjonalista kien għamel fis-sena 2005. Bl-emenda li saret fis-sena 2005 kien intilef id-dritt li meta festa nazzjonali jew btala pubblika taħbat is-Sibt jew il-Ħadd, dik il-ġurnata tiżdied bħala jum ieħor ta’ leave ta’ vaganza. 

Issa b’din l-emenda, li trid tgħaddi wkoll mill-Parlament, kull festa nazzjonali jew btala pubblika li taħbat fil-ġurnata tas-Sibt jew tal-Ħadd, se tkun qed tiżdied mal-leave. Dan ifisser li mis-sena 2021 il-ħaddiema se jieħdu kull ġurnata li taħbat bħala Festa Nazzjonali jew btala pubblika. 

Il-Ministru Carmelo Abela qal li dan il-Gvern se jkun qed jagħti lura dak li ħaddieħor ċaħħad u dan b’mod sħiħ.

“Dan huwa Gvern li jemmen fil-kontribut siewi u ġust li kull ħaddiem irid jagħti fuq il-post tax-xogħol imma fl-istess waqt li l-istess ħaddiema għandhom ikollhom ħin għalihom u għall-familja tagħhom.” 

Ekonomija

Sport