B’konsultazzjoni mal-awtoritajiet ċivili minħabba s-sitwazjoni tat-temp preżenti, Festivals Malta tħabbar li l-Gran defilé fi Triq Sant’Anna, il-Furjana u l-programm fi Pjazza San Ġorġ huma kkanċellati.
Dan intqal fuq il-paġna ta’ Facebook: Il-Karnival ta’ Malta, fejn ġie spjegat li l-karrijiet ser jibqgħu pparkjatti fil-Foss ta’ San Ġakbu sa xi d-9.30 ta’ billejl meta r-riħ għandu jbatti u b’hekk il-karrijiet jibdew it-triq lura fl-imħażen.

