Monday, December 9, 2024

Fetaħ il-Mużew ta’ l-Istorja dwar Malta u r-Russja (1)

- Jikteb Shawn Borg

Aqra wkoll

“Ftit tal-ġranet ilu fetaħ il-mużew ta l-istorja dwar Malta u r-Russja fl-istess ċentru fejn juri l-evolviment tar-relazzjonijiet diplmatiċi bejn iż-żewġ pajjiżi. Mill-ewwel żjara ta’ rappreżentat Russu fl-1698 tal-Konti Boris Sheremetev f’Malta sal-wasla ta’ refugjati Russi fl-1919 li ngħataw kenn politiku f’Malta fejn sabu f’dan il-pajjiż protezzjoni. Perswaz li f’dan il-kapitlu ġdid fil-paġna taċ-Ċentru Russu se jkun wieħed interessanti għal kulħadd u dan irrispettivament minn kull nazzjon jew nazzjonalità.” 

Dan iddikjaratu Dr Irina Pereverzeva, Direttrici taċ-Ċentru Russu għax-Xjenza u l-Kultura fil-Belt Valletta  f’intervista għall-IT-TORĊA.

  1. Qabel xejn tista tgħidli min hi Dr Irina Perezvereva u x kienet ir-reazzjoni tiegħek hekk kif ġejt infurmata li se tkun stazzjonata Malta kif ukoll li se jkollok f’idejk iċ-Ċentru Russu għax-Xjenza u l-Kultura?
    L-ewwel darba li ġejt Malta kien fl-1998 u ġejt hawn bħala turista. Però f’Settembru tas-sena 2019 hekk kif ġejt minn missjoni Diplomatika fil-Kazakhstan ġejt offruta ir-rwol ta’ Direttriċi fiċ-Ċentru Russu għall-Kultura u x-Xjenza ta’ Malta. Onestament ngħid li kont kuntenta b’din l-aħbar. Dak il-ħin bdejt niftakar it-toroq dojoq mimlijin xemx u mdawwrin kollha fjuri, il-gallarijiet ta’ l-injam u kuluriti, il-baħar kaħlani, il-Palazz tal-Gran Mastru kif ukoll il-belt l-antika ta’ Malta l-Imdina ukoll il-foss mimli sigar tal-larinġ li jaqsam l-Imdina mir-Rabat. Minkejja li kelli nibda x-xogħol tiegħi f’Malta fis-sena 2019 però din kellha tiġi posposta għal Marzu 2021 u dan minhabba il-pandemija tal-COVID li waqqfet kull possibiltà ta vjaġġar.  Mill-mument li ġejt Malta beda ix-xoghol tiegħi fiċ-ċentru Russu għax-Xjenza u l-Kultura f’Malta. F’dawn it-tlett snin u nofs li ilni Direttriċi ġraw ħafna ġrajjiet differenti fid-dinja però ħaġa waħda ma nbiddlitx. Iċ-ċentru tagħna baqa’ għaddej bil-ħidma tiegħu. Il-bibien tagħna baqgħu miftuħin għal kulħadd b’mod partikulari għal dawk li tinteresshom il-kultura, l-istorja u l-lingwa tagħna.
  2. Inti tinteressa ħafna ruħek dwar il-kultura, l-istorja kif ukoll il-ħajja tagħna l-Maltin. Dan l-interess ġej għall-fatt li ġejt stazzjonata Malta jew inkella għax irnexxielek taddatta ruħek mal-mod ta kif ngħixu?
    Din hija d-dinja tal-llum !!! Xejn mhu mistur mill-lenti tal-ġurnalisti anke dawk l-affarijiet li ma tissuspetax li jistgħu jkunu pubbliċi. Però naqbel miegħek perfettament għax jien dejjem interessajt ruħi fl-istorja u l-kultura tal-pajjiżi fejn inkun għext, ħdimt inkella żort. Jekk ma tinteressax ruħek fil-kultura u l-istorja tan-nies u anke titgħallem ftit il-lingwa li biha jitkellmu in-nies ma tista’ qatt tifhem lin-nies li inti qegħed tgħix magħhom b’hekk ma tkunx tista’ tibni komunikazzjoni effettiva u Malta mhix eċċezzjoni f’dan ir-rigward anzi hija waħda mill-aktar pajjiżi interessanti. Filfatt Malta stabbilit ruħha fid-dinja kontemporanja li fiha qegħdin ngħixu. Però qabel ġejt hawn kont naf mhux ħażin dwar Malta u rrid nistqarr li qatt ma studjajt dwar dan però dejjem kont naf li Malta u r-Russja għandhom ħafna u ħafna komuni fl-istorja twila tagħhom. Eżempju sempliċi meta kont qiegħda nistudja l-arti Russa tal-bidu tas-seklu XIX fl-‘Università fir-Russja kienet ħaġa impossibbli li ma tinnotax li f’portraits ta’ nobbli Russi hemm preżenti s-Salib ta’ Malta ukoll ammont mhux ħażin ta’ films li jirreferu għall-Imperatur Paul tar-Russja jagħmlu referenza kontinwa għall-Ordni ta San Ġwann f’Ġerusalem. Ma’ dan irridu nsemmu anke il-famuża pittura tal-Madonna Litta li tinsab miżmuma fil-Hermitage. Dan kollu li semmejt għandu relazzjoni diretta ma’ din Malta. 

Kif taraha is-Soċjetà Maltija inġenerali? Kemm kienet diffiċli għalik u għall-kommunità Russa biex integrajtu? Taħseb li l-Maltin huma sterejotipati? 

Hi xi ħaġa diffiċli li tanalizza xi ħaġa li ma tkunx parti minnha għalhekk l-impressjoni li se nagħtik hi bħala osservatur  Għalija l-Maltin huma nies ħafna interessanti kif ukoll ospitabbli però l-ammont ta’ turisti li jiġu f’Malta kif ukoll ix-xewqa li jsegwu valuri u xejriet ġodda Ewropei ħassru xi ftit il-karatteristika Maltija. Qiegħed jiġini f’moħħi M. Bulgakov kittieb famuż Sovjetiku li qal xi ħaġa simili għall- Muskoviti fil-ktieb tiegħu “The Master and Margarita”. Onestament ma nistax ngħid li dejjem fhimt il-mentalità Maltija jew anke qbilt ma ċerta mentalità però din hija l-opinjoni personali tiegħi li ovvjament hija bbażata fuq it-tradizzjonijiet u l-valuri li fihom jiena trawwimt. Per eżempju ninnota li s-Soċjetà Maltija hija aktar maskilista minn dik Russa. Fl-opinjoni tiegħi in-nisa fir-Russja għandhom aktar rwol sinifikanti milli għandhom hawn. Tajjeb li ngħid li jien trawwimt u kbirt f’familja tradizzjonali għall-aħħar u b’hekk dejjem ħassejtha diffiċli li nifhem relazzjonijiet oħra barra dawk tradizzjonali u li f’Malta huma evidenti, Nitolbok tifhem il-punt tiegħi mill-ambitu ta kif kienet it-trobbija tiegħi b’valuri tradizzjonali.  Mill-latt ta’ sterejotipi kulħadd għandu xi sterejotipi. Eżempju ir-Russi jħarsu lejn Malta bħala pajjiż li l-klima tiegħu hija dejjem sħuna. Però qatt ma ħassejt daqshekk bard f’ħajti daqs kemm inħoss f’Malta fejn ma teżistix sistema ta’ ‘central heating’ fid-djar. 

  1. Dan il-bini li qegħdin fih kienet ir-residenza uffiċjali ta’ Sir Oliver Starkey li kien l-aħħar kavallier Ingliż.  Però f Novembru tas-sena 1990 dan il-bini sar iċ-Ċentru Russu għax-Xjenza u l-Kultura. Waqt il-ftuħ ta’ dan iċ-ċentru il-media lokali ta’ dak iż- żmien rrapurtat li dan iċ-ċentru għandu jkun pont biex jibni id-dar komuni Ewropea. Wara 35 sena x’pontijiet dan iċ-Ċentru bena bejn Malta u r-Russja?

  2. Din kienet ir-residenza ta Sir Oliver Starkey li kien is-segretarju tal-GrandMastru li bena il-Belt Valletta jiġifieri Jean Parisot de Valette. Sir Oliver kien anke l-aħħar Kavallier Ingliż u dan kien minnu għax fi żmien ta’ Sir Oliver ir-riforma fil-knisja Ingliża kienet fl-aqwa tagħha u li tkun Kavallier Kattoliku kien att kriminali fl-Ingilterra. Hekk filfatt dawk ta’ madwaru li ddecidew li jirritornaw lura l-Ingilterra spiċċaw inqatlu. B’hekk Sir Oliver għadda l-kumplament ta’ ħajtu f’Malta. U hawn bdiet ġrajja misterjuża li kelli niffaċċja.  Qabel ma ġejt Malta kienu avżawni li r-ruħ ta Sir Olvier kienet għadha f’din id-dar. Onestament kont xettika dwar dan però kont żbaljata.  Illum naf biċ-ċert li Sir Oliver għadu magħna f’din id-dar u llum inqisuh bħala il-protettur u l-assistent tagħna.  Jien ilni Malta mis-sena 2021. F’dan iż-żmien għamilna ħafna affarijiet flimkien ma’ l-istaff taċ-Ċentru Russu.  Ħafna u ħafna Maltin attendew u jattendu kunċerti, wirijiet ‘workshops’ kif ukoll film screenings. Però jien nemmen li biex tlaqqa’ żewġ nazzjonijiet flimkien trid tkun miż-żewġ naħat. Wieħed ma jistax jitkellem dwaru biss mingħajr ma jkun jaf lill-oħrajn li qegħdin madwaru. U dan li qiegħed jagħmel iċ-ċentru. Filfatt ħafna mill-attivitajiet b’tema Russa u anke Maltija huma mttellgħin minn artisti kemm lokali u Russi però artisti minn pajjiżi differenti tad-dinja qegħdin jingħataw spazju dejjem akbar fiċ-ċentru Russu u dan biex jitgawdew mill-publiku inġenerali. Tajjeb li wieħed jgħid li kull attività mtella’ hija kemm bir-Russu kif ukoll bl-Ingliż.  Ftit tal-ġranet ilu fetaħ il-mużew ta l-istorja dwar Malta u r-Russja fl-istess ċentru fejn juri l-evolviment tar-relazzjonijiet diplmatiċi bejn iż-żewġ pajjiżi. Mill-ewwel żjara ta’ rappreżentat Russu fl-1698 tal-Konti Boris Sheremetev f’Malta sal-wasla ta’ refugjati Russi fl-1919 li ngħataw kenn politiku f’Malta fejn sabu f’dan il-pajjiż protezzjoni. Perswaz li f’dan il-kapitlu ġdid fil-paġna taċ-Ċentru Russu se jkun wieħed interessanti għal kulħadd u dan irrispettivament minn kull nazzjon jew nazzjonalità.
  3. Iċ-ċentru hu miftuħ għal kulħadd u l-għan taċ-Ċentru hu wieħed strettament kulturali jew għandu dimensjoni akbar minnhekk?
    Iċ-Ċentru Russu għax-Xjenza u l-Kultura huwa magħruf aktar bħala ir-Russian House. Nixtieq nagħmel parentesi li r-Russja bħala pajjiż huwa pajjiż multikulturali fejn mal-190 popli etniċi jgħixu, jitkellmu kif ukoll għandhom kulturi differenti u dawn qegħdin kollha f’pajjiż wieħed. Dan il-fattur ta’ diversità soċjali jgħaqqadna anke ma’ Malta li tirrappreżenta kultura u reliġjon differenti. L-għan tagħna hu li nuru il-kulturi, l-istorja, ġeografija kif ukoll etnografija tagħna bħala Russja maqgħuda. 

It-tagħlim tal-lingwa Russa huwa biċċa xogħol ta’ ċerta importanza għalina. Kif taf f’Malta jeżistu ħafna familji fejn wieħed mil-ġenituri jitkellem bir-Russu. Tfal ta’ dawn il-familji iżuru iċ-ċentru tagħna mhux sempliċiment sabiex jitgħallmu il-lingwa ta’ missirijietna imma jitgħallmu jpinġu, ikantaw kanzunetti tradizzjonali kif ukoll jikkomunikaw bil-lingwa Russa waqt il-klassijiet tat-teatru, dan barra li jipparteċipaw f’numru ta’ attivitajiet ddedikati għat-tfal.  Għandna librerija kemm għall-adulti kif ukoll għat-tfal mgħammra b’kollezzjoni ġmielha ta’ kotba. Iċ-Ċentru jorganizza anke workshops għal adulti bħal arti, lectures dwar suġġetti varji u nteress varji, attivitajiet letterarji kif ukoll attività għal familja kollha flimkien.  Dan iċ-Ċentru huwa jew kif ħidna “ir-Russian House” hija id-dar ta’ kulħadd u għal kull min hu interessat sabiex ikun jaf aktar dwar ir-Russja u l-lingwa kif ukoll it-tradizzjonijiet diversi tiegħu. Ta kuljum nies minn nazzjonalitajiet varji jattendu għal attivitajiet tagħna kemm Russi, Maltin, Ċiniżi, Ingliżi, Serbi, Franċiżi, Kolumbjani, Indjani u oħrajn. Il-ħbiberija tagħhom hija ferm apprezzata ghalina u nilqagħhom b’idejna miftuħin. Biex wieħed ikun jista’ jattendi l-attivitajiet tagħna kull m’għandu jagħmel hu li jibgħatilna messaġġ kemm fuq whattsup fuq in-numru 99992130 inkella jidħol fuq il-paġni tagħna ta’ Facebook  Telegram jew Instagram.”

Ekonomija

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport