Sunday, December 22, 2024

Fetaħ l-istaġun għall-insib bi skop ta’ riċerka

Aqra wkoll

Wara li kkonsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat Ornis, liema kumitat irrakkomanda lill-gvern li d-deċiżjoni finali jekk għandhiex tkompli din ir-riċerka għandha tkun il-prerogattiva tiegħu minħabba li l-każ legali wasal fi stadju ta’ Opinjoni Raġunata (Reasoned Opinion), il-gvern, wara laqgħa li saret mal-Kummissarju Ewropew, ħejja qafas regolatorju ġdid li jindirizza l-maġġoranza assoluta tal-kritika tal-Kummissjoni kontra dan il-proġett.

Minkejja l-evidenza kollha li ressqet Malta f’dan il-każ legali, sabiex jibqgħu jiġu indirizzati aħjar dawk li jistgħu jkunu l-ħsibijiet tal-Kummissjoni, il-gvern għamel kambjamenti sabiex ikun aċċertat li l-għasafar tal-għana qegħdin jiġu ċċekkjati, jittieħed recordfejn ikunu mlibbsa ċurkett xjentifiku sabiex jiġi studjat minn nies kwalifikati minn fejn qegħdin ipassu dawn l-għasafar u b’mod immedjat jitħarrbu lura fis-selvaġġ. Dan l-eżerċizzju se jsir bil-metodi idoneji wara li ġie aċċertat li sistemi oħrajn ta’ xbiek ma jipprovdux soluzzjoni sodisfaċenti għall-ġbir tal-informazzjoni li Malta għandha bżonn.

Din is-sena, kull min se jipparteċipa fil-proġett ta’ riċerka fuq l-għasafar tal-għana se jkun:

  1. Obbligat jirrapporta kull għasfur tal-għana maqbud (speċi u ammont) immedjatament malli jħarrabhom lura fis-selvaġġ billi jċempel, mingħajr ħlas, fuq 8000 2020 minn numru tal-mobile reġistrat f’ismu, jew billi juża l-mobile app ‘Game Reporting MT’. Is-sistemi jikkonfermaw ir-rapport billi jintbagħat lura SMS bħala konferma.
  2. Obbligat jikteb id-dettalji kollha fil-formola taċ-ċrieket jekk jaqbad għasfur tal-għana b’ċurkett xjentifiku.
  3. Kull għasfur li jaqbad li għandu ċurkett xjentifiku għandu wkoll jiġi rrappurtat dakinhar stess kif spjegat fil-liċenzja speċjali.
  4. Imħeġġeġ jieħu filmat qasir fejn juri l-għasafar tal-għana qedin jitħarrbu mill-istess post minn fejn inqabdu kif spjegat fil-liċenzja speċjali.
  5. Jirrapporta r-research effortkull meta jieħu sehem fil-proġett ta’ riċerka u ma jkunx qabad għasafar tal-għana billi, qabel jitlaq, iċempel, mingħajr ħlas, fuq 8000 2020 minn numru tal-mobile rreġistrat f’ismu, kif spjegat fil-liċenzja speċjali.

Is-sistema telefonika 8000 2020 tipprovdi gwida permezz ta’ messaġġi bil-vuċi li huma faċli biex issegwi u ż-żewġ sistemi jikkonfermaw ir-rapport billi jintbagħat lura SMS bħala konferma.

Ekonomija

Sport