Sunday, November 24, 2024

Feyenoord jegħlbu lil Ajax 4-0 … wara li tkompliet tlett ijiem wara

Aqra wkoll

Il-logħba mill-kampjonat Eredivisie tal-Olanda bejn Ajax u Feyenoord li ġiet abbandunata fis-56 minuta, nhar il-Ħadd li għadda, minħabba diżordni kkawżat mill-partitarji ta’ Ajax, tkompliet ilbieraħ wara nofsinhar meta l-iskor kien 3-0.

It-team ta’ Rotterdam ma damx ma għamel l-iskor 4-0 meta fid-59 minuta kien Santiago Gimenez li skorja r-raba’ goal u b’hekk għaqqad il-hat-trick wara li kien skorja darbtejn kmieni nhar il-Ħadd fil-Johan Cruyff Arena, fid-9 u fit-18-il minuti, Il-goal l-ieħor skorjah Igor Paixao fis-39 minuta.

B’din ir-rebħa Feyenoord issa jinsabu fit-tielet post b’14-il punt, wieħed inqas mil-leaders flimkien, PSV Eindhoven u AZ Alkmaar, li t-tnejn lagħbu logħba inqas minnhom waqt li Ajax, li qed ikollhom bidu ħażin ħafna tal-istaġun, baqgħu fl-14-il post b’ħames punti minn rebħa u żewġ draws.

Sport