Friday, December 27, 2024

FFP: Everton viċin li jingħataw tnaqqis ta’ 12-il punt

Aqra wkoll

Il-Premier League ‘jirrakkomanda tnaqqis ta’ punti għal Everton – jekk jinstabu ħatja li kisru r-regoli tal-Financial Fair Player. 

Everton qed jiġu investigati għal ksur potenzjali tar-regoli finanzjarji. Il-Premier League jrid li t-Toffees jiġu kkastigati severament jekk jinstabu ħatja

Rapporti qed isostnu li l-ġimgħa li għaddiet, is-smigħ dixxiplinarju ta’ Everton dwar allegat ksur kien beda mingħajr ma ġie ppubblikat xejn,  b’kummissjoni indipendenti lesta tieħu deċiżjoni finali dwar jekk wettqux xi reati.

Il-verdett dwar is-sitwazzjoni finanzjarja ta’ Everton mistenni aktar tard din il-ġimgħa, u l-Premier League diġà qed jipprepara sanzjoni ħarxa jekk jinstabu ħatja … fejn qed jirrakkomanda tnaqqis ta’ 12-il punt.

Everton bħalissa jinsabu fis-16-il post fil-klassifika tal-Premier League wara li ħadu seba’ punti mill-ftuħ tad-disa’ logħbiet tagħhom.

Għalaqstant jekk it-Toffees jieħdu dan il-kastig huma jinżlu fil-qiegħ tal-klassifika b’-5 punti.

Ekonomija

Sport