Tuesday, November 26, 2024

FFP: Manchester City u Chelsea se jiġu relegati?

Aqra wkoll

Manchester City u Chelsea jinsabu f’riskju kbir li jiġu relegati għaċ-Championship jekk jinstabu ħatja li kisru r-regoli tal-Financial Fair Play. 

Il-Ġimgħa wara nofsinhar ħarġet l-aħbar li Everton tnaqqsulhom 10 punti minħabba li kisru r-regoli tas-sostenibbiltá iżda Manchester City u Chelsea mistennija jeħlu sanzjoni akbar. 

Is-City qed jiffaċċjaw 115-il ksur allegat tar-regoli finanzjarji tal-Premier League u Chelsea jistgħu jiffaċċjaw skrutinju fuq allegati ħlasijiet konnessi mal-eks sid Roman Abramovich.

Stefan Borson, avukat li jagħti pariri lil Manchester City, sostna li: “Mingħajr ma nara l-ġudizzju, it-tnaqqis ta’ 10 punti lil Everton, hija wisq ħarxa. 

“Iżda dan it-tnaqqis ifisser ukoll kemm Manchester City kif ukoll Chelsea jistgħu jirċievu sanzjoni ferm akbar billi jiġu relegati. 

1 kumment

  1. MUT U UPE.ieqfu uru kemm minghalikhom tafu.Bil pika taghkhom ma xulxin qeghdin ibghatu uliedna.Specjalment dawk li ghandhom bzonn ghajnuna.Sur bonnici ma tahsibx li zmienek spicca bhala raptezentant ta MUT.KEMM IL MEMBRU LI KIEN MA MUT U REZENJA BIEX MAR MAL UPE KEMM ILEK PRESIDENT INT.Sa fejn naf kull employer jiddiskuti ma min ghandu lizjed membri fl ghaqda tieghu u mhux ma zewg ghaqdiet min ghandu lizjed MUT jew UPE.

Comments are closed.

Sport