Sunday, November 24, 2024

F’Gaża: Mara twelled bi ġrieħi kaġun ta’ attakk Iżraeljan

Aqra wkoll

Maran Palestinjana ta’ 30 sena fi stat avvanzat ta’ tqala aktar kmieni din il-ġimgħa ġiet salvata minn taħt it-tifrik ta’ dak li darba kien jitqies bħala l-appartament tagħha. Hija ttieħdet b’urġenza fi sptar f’Khan Younis, fin-Nofsinhar ta’ Gaża, il-post lejn fejn eluf ta’ Palestinjani qed jaħarbu wara ordnijiet mill-qawwiet Iżraeljani biex jevakwaw mit-Tramuntana.

F’kumment li ta wieħed mit-tobba, Salim Saqer qal li l-mara, Navine Abu Owdah, welldet ċesarja u li t-tarbija tinsab f’kundizzjoni tajba ta’ saħħa filwaqt, li l-omm inzammet għall- osservazzjoni u qed tirċievi kura għall-ġrieħi li ġarrbet kawża tal-attakk mill-ajru Iżraeljan.

Bħal Navine, ħafna nisa tqal qegħdin jiffaċċjaw sitwazzjonijiet impossibbli kuljum f’Gaża. Ta’ spiss jaħsbu dwar jekk jaħarbux minn djarhom, kif se jipproteġu lilhom infushom u lit-ztrbi tagħhom fil-ġuf u fejn iwelldu hekk kif is-sistema tal-kura tas-saħħa qed tiġġarraf.

Omm oħra li qed tistenna minn ħin għall-ieħor biex twelled qalet f’intervista li kellha mal-midja internazzjonali,  li ma’ għandiex fejn toqgħod għaliex dak kollu li kellha f’ħajjitha ġġarraf f’sekonda. Hija qalet li ta’ spiss jiġuha diversi mistoqsijiet ġo moħħha fosthom jekk għandhiex fejn immur meta tasal biex twelled it-tarbija u x’tista tagħmel biex ittejjeb is-sitwazzjoni tagħha.  

Sport