Wednesday, January 28, 2026

F’Gaża….sodisfatti biss il-ħtiġjiet bażiċi biex wieħed jgħix

….xorta hemm riskju ta’ kriżi ta’ ġuħ jekk jiżdied il-kunflitt

Aqra wkoll

L-Integrated Food Security Phase Classification (IPC), li hu appoġġjat minn Nazzjonijiet Uniti, iddikjara li l-kriżi tal-ġuħ f’Gaża għaddiet, għalkemm is-sitwazzjoni preżenti hi dik li tissodisfa biss il-ħtiġijiet bażiċi biex wieħed jgħix. Dan ġie ddikjarat  wara influss ta’ għajnuna umanitarja fl-Istrixxa wara waqfien mill-ġlied miftiehem f’Ottubru bejn Iżrael u Hamas. L-IPC iddikjara li “l-ebda żona mhi kklassifikata fil-ġuħ,” żiedet tgħid.

L-osservatur globali kien qal f’Awwissu li għadda li f’Gaża in-nies kienu qed jesperjenzaw  ġuħ ikkawżat mill-bniedem u dan minħabba l-imblokk minn Iżrael ta’ ikel u prodotti essenziali. 

“Għalkemm l-assistenza umanitarja, inkluża l-għajnuna tal-ikel, żdiedet, qed jiġu ssodisfati biss il-ħtiġijiet bażiċi tas-sopravivenza,” enfasizza l-IPC.

L-IPC jgħid li għalkemm il-klassifikazzjoni ta’ Gaża inbidlet, hissa li r-riskju ta’ kriżi ta’ ġuħ f’Gaża għadu hemm. 

Filwaqt li l-klassifikazzjoni ta’ Gaża nbidlet, l-IPC wissiet li r-riskju li l-enklavi terġa’ taqa’ fil-ġuħ għadu.

Ta’ min wieħed jgħid li minkejja li kien tħabbar ftehim ta’ paċi, xorta waħda baqgħu jitwettqu attakki għalkemm b’intensità inqas. Dawn wasslu għal għadd ta’ imwiet. 

Sport