Wednesday, April 24, 2024

F’għeluq il-91 sena determinat li jibqa’ jaqdi lil Alla sakemm tintemm il-missjoni tiegħu

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

F’għeluq il-91 sena tiegħu, Patri Dijonisju Mintoff illum kellu waħda mill-aktar ġranet impenjattivi tiegħu. Huwa jinsab ħerqan biex jiltaqa’ mal-Papa Franġisku li skontu, f’din iż-żjara tiegħu se jkun qiegħed imur għand dawk li ma setgħux imorru għandu. Dan hekk kif L-aħħar waqfa tal-Papa Franġisku f’Malta se tkun laqgħa mal-immigranti fil-Laboratorju tal-Paċi f’Ħal Far.

Mistoqsi minn Talk.mt dwar l-età tiegħu u l-fatt li tant baqa’ ħabrieki f’din il-missjoni tiegħu, Dijonisju qalilna li kemm għaddew snin ma jgħoddux, iżda li sakemm Alla jitlob minnu aktar ħidma għall-ġid se jibqa’ jwieġeb għas-sejħa tiegħu. Ikompli biex jgħidilna li jemmen li meta xogħlu jkun lest imbagħad ikun lest biex jekk Alla jrid jingħaqad miegħu.

Mistoqsi dwar l-għajnuna lill-immigranti, huwa sostna li huwa jagħmel dan kollu għax iħobb jgħin. Dijonisju qalilna li huwa konxju li l-Papa spiċċa b’ħafna għedewwa għax min jagħmel il-ġid dejjem isib minn ifixklu.

Sport